Left arrow Mur Lura

Malta tirrikonoxxi lil Kosovo bħala Stat Indipendenti

pr1181
Date Icon 21/08/2008
Il-Gvern Malti llumirrikonoxxa lil Kosovo bħala stat indipendenti u Malta saret il-21 stat membru ta` l-Unjoni Ewropea li għaraf l-indipendenza ta` dan il-pajjiz li qabel kien jifforma parti mis-Serbja.
Ir-rikonoxximent sarpermezz ta` ittra li l-Gvern Malti bagħat lill-President tal-Kosovo Fatmir Sejdiu u lill-Prim Ministru tal-Kosovo  Hashim Thaci.
Il-Viċi Prim Ministru uMinistru ta` l-Affarijiet Barranin l-Onor. Tonio Borg stqarr illi dan ir-rikonoxximent jingħaqad ma` dak ta` diversi pajjiżi Ewropej u anki tad-dinja tal-Punent, peress illi m’hemmx alternattiva oħra wara l-ġrajjiet ta` dawn l-aħħar għaxar snin fil-Kosovo u fir-reġjun.
Il-kwistjoni tal-Kosovokienet ġiet diskussa fil-Kumitat ta` l-Affarijiet Barranin u Ewropej tal-Kamra tad-Deputati fis-seduta ta` nhar it-Tnejn 7 ta` Lulju 2008.
Dak in-nhar, il-Viċi PrimMinistru Borg kien wera l-fehma tiegħu illi Malta għandha tingħaqad mal-grupp kbir ta` pajjiżi li rrikonoxxew il-Kosovo.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €12-il miljun f’lukanda oħra ta’ lussu

PR261975

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela ji...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri jinħatar Viċi President tas-CPMR għall-Affarijiet Marittimi

PR261974

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-Ministru għal Għawdex Clint Camil...

Aktar Stqarrijiet Right arrow