Left arrow Mur Lura

Malta bħala vetrina għall-inizjattivi favur l-ambjent fil-qasam tal-manifattura

PR0851
Date Icon 08/06/2007

Il-Gvern għandu intenzjoni li jniedi sit elettroniku sabiex dan iservi bħala vetrina għall-inizjattivi favur l-ambjent meħuda minn kumpaniji tal-manifattura lokali.  

Waqt żjara li għamel dalgħodu fl-impjant tal-kumpanija li tistampa munita barranija De La Rue, il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qal li ċ-ċokon ta’ pajjiżna jagħmel lil Malta l-post ideali biex jiġu żviluppati sistemi u teknoloġiji ġodda li huma aktar nodfa u li fl-istess ħin iżidu l-effiċjenza ta’ l-impjanti nfushom. Il-ħsieb tal-Gvern huwa li jiġbor inizjattivi bħal dawn flimkien fuq sit elettroniku biex dawn isiru magħrufin barra minn pajjiżna. Din iż-żjara saret bħala parti mill-programm t’attivitajiet ta’ Ġimgħa Ambjent. It-tema tal-lum kienet il-konservazzjoni ta’ l-Ilma u l-Enerġija.

F’diskors qasir lil mezzi tax-xandir, il-Ministru Pullicino faħħar l-investiment favur inizjattivi ambjentali li ħadet din il-fabbrika fl-aħħar snin.    

Il-kumpanija De La Rue investiet f’tagħmir sabiex jonqos l-impatt fuq l-ambjent ikkawżat mil-proċess operattiv tagħha. Fost dawn l-inizjattivi il-kumpanija installat Aquasave Water Recycling Plant b’investiment kapitali ta’ madwar Lm300,000 (€698,000). Dan it-tagħmir specjalizzat jirriċikla 95% ta’ l-ilma użat waqt il-proċess tal-istampar tal-valuti barranin. Bis-saħħa ta’dan ir-riċiklaġġ, il-kumpanija qed tiffranka madwar 70,000 litru ta’ ilma kuljum li qed iwassal biex jonqos b’mod drastiku l-ilma li jispiċċa jmur fis-sistema tad-drenaġġ. Fl-istess ħin, il-kumpannija qed tiffraka wkoll eluf ta’ liri f’konsum ta’ ilma. 

Il-Manager tal-Produzzjoni tal-kumpanija De La Rue, is-sur Godfrey Chircop ħabbar li l-kumpanija qed tkompli tinvesti f’iktar inizjattivi li jxejnu l-impatt fuq l-ambjent. Bħalissa, fil-fatt għaddej proċess ta’ apparat ġdid sabiex l-inċineratur li tuża l-kumpanija biex teqred il-karta skartata ma jibqax jintuża. Bis-sistema l-ġdida,  ser tibda tikkonverti din l-istess karta fi frak. Din is-sistema innovattiva, li ser tinvolvi investiment ta’ madwar Lm160,000 (€372,000) se tagħmila possibli li jkunu eliminati l-emissjonijiet fl-arja.  

Il-Gvern qed jaħdem ukoll biex il-pajjiż ikollu l-infrastruttura meħtieġa sabiex kumpaniji jkunu jistgħu jiddisponu l-iskart iġġenerat mill-operat tagħhom b’mod li jħalli l-inqas impatt ambjentali possibli. “It-titjib li ser isir fl-inċineratur tal-biċċerija, ser jagħmilha possibli biex kumpaniji ma jkollhomx għalfejn jidħlu fl-ispejjeż żejda sabiex jittrattaw l-iskart tagħhom,” temm jgħid il-Ministru Pullicino.      

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

Aktar Stqarrijiet Right arrow