Left arrow Mur Lura

Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jiltaqa’ mal-Professur Edward de Bono

PR0846
Date Icon 08/06/2007

Bħala parti mid-diskussjoni dwar l-Ekonomija ta’ l-Għerf, ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali ltaqa’ mal-Professur Dr Edward de Bono, studjuż internazzjonali Malti, li għamel riċerka estensiva fuq il-ħsieb kreattiv. 

F’din il-laqgħa l-Membri ddiskutew kif din l-għodda tal-ħsieb tista’ tgħin fl-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Professur de Bono spjega kif ir-riċerka li huwa għamel għenet pajjiżi u organizzazzjonijiet differenti sabiex jaħsbu b’mod alternattiv u sistematiku.  B’hekk setgħu jkollhom storja ta’ suċċess. 

Wara l-laqgħa, il-Prof de Bono ppreżenta ċertifikati lill-Membri Parlamentari u impjegati tal-Parlament li attendew kors fuq il-ħsieb kreattiv.  Il-kors, flimkien maż-żjara ta’ Prof de Bono kienu possibbli permezz  ta’ The World Centre For New Thinking and Minding International. 

Il-laqgħa tmexxiet mill-Onor Clyde Puli, Chairman tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali.  Preżenti għal-laqgħa kien hemm l-Onor Carmelo Abela, l-Onor Frederick Azzopardi, l-Onor Jason Azzopardi, l-Onor David Agius, l-Onor Franco Galea u l-Onor Michael Gonzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

Aktar Stqarrijiet Right arrow