Left arrow Mur Lura

STQARRIJA

PR0842
Date Icon 06/06/2007

Bħala risposta għas-sottomissjonijiet miġjuba mill-avukati fl-ittra tagħhom datata 29 ta’ Mejju, 2007 indirizzata lid-Direttur/Reġistratur Qrati u Tribunali ta’ Għawdex u għall-Konferenza ta’ l-Aħbarijiet mogħtija minn Dr Angelo Farrugia LLD MP,

irid jingħad dan li gej.

Għal numru ta’ snin il-prassi kienet li l-ġurnata tat-Tnejn titħalla libera minħabba appelli li l-avukat Għawdxi jista’ jkollu f’Malta.     Pero’ huwa minnu wkoll illi l-Amministrazzjoni tal-Qorti ma’ tistghax tindaħal lill-Ġudikatura dwar id-data u l-ħin tas-seduti għax jekk tagħmel dan tkun qiegħda tindaħal fl-indipendenza tal-Ġudikatura.  Barra minn hekk, meta l-Ġudikant jipproponi data għal seduta, dan isir bi qbil mal-partijiet.  Meta d-data mogħtija taħbat fil-jum tat-Tnejn, il-Ġudikant personalment jiċċekja li dak it-Tnejn partikolari ma jkunx hemm appelli fil-qorti Malta.   Sa’ xi żmien ilu, iżda, nhar ta’ Tnejn ġie li kien ikollna seduti tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar.

L-Assistent Ġudizzjarju huwa liberu fi x’ħin jappunta s-seduti tiegħu.  Dawn jiġu appuntati dejjem bi ftehim mal-partijiet flimkien ma’ l-avukati tagħhom.  Anke l-post fejn isiru tali seduti huwa flessibbli tant li ġie li saru seduti tard wara nosinhar u saħansitra fid-djar proprji tax-xhieda.

Barra minn hekk, peress li waqt li jkunu għaddejjin is-seduti tal-Qorti l-avukati jkunu mpenjati fl-Awli, l-istess Assistent Ġudizzjarju ġie li jitlef ħafna ħin jistenna l-avukati biex ikun jista jibda s-seduti tiegħu. 

Il-Ministeru għal Għawdex għadu kif ħareġ sejħa għal Deputat Reġistratur biex ikun dedikat għall-ipproċessar ta’ subbasti u intaxxar. Sadanittant is-subbasti qed jinħadmu.

Ta’ min jgħid ukoll li Ministeru t’Għawdex flimkien ma l-amministrazzjoni tal-Qorti f’Għawdex qegħdin f’taħditiet mal-‘Management and Personnel Office’ (MPO) biex jiġu identifikati tliet skrivani Għawdxin li jaħdmu f’dipartimenti varji f’Malta ħalli dawn ikunu mħarrġa għall-tlett xhur fil-Qorti Malta u wara jkunu trasferiti għall-Qorti t’Għawdex. Huwa ttamat li b’hekk jissaħħu ċerti funzjonijiet fil-Qorti t’Għawdex, fosthom is-sezzjoni tas-subbasti.

Rigward intaxxar, it-taxxi tal-kawżi jinħadmu b’mod regolari u ġie li jagħti l-każ li d-dewmien fil-ħruġ ta’ taxxa jista’ jkun minħabba li avukat partikolari ma jkunx ipprovda l-valutazzjoni tal-kawża li fuqha tinħadem it-taxxa.

Għalkemm bl-ebda mod ma rridu nidhru perfetti, il-Liġi tippermetti ċertu diskrezzjoni fil-mod kif jinħadmu t-taxxi. Apparti dan, l-istess Liġi tagħti lok u d-dritt li fi żmien stipulat it-taxxa maħruġa mir-Reġistratur tista’ tkun “iċċalinġjata” u tiġi riveduta.

Il-persuna fir-Reġistru li hi nkarigata li tittajpja d-digrieti u li għaliha saret riferenza tnaqqsilha ħafna mix-xogħol li kienet tagħmel biex tkun tista tagħmel dan ix-xogħol. Iżda ta min jgħid li numru ta’ avukati jippretendu li din il-persuna tagħmlilhom xogħol li suppost jagħmlu huma stess.

Minħabba ċ-ċokon tad-Dipartiment tal-Qrati t’Għawdex fejn kulħadd jaf lil kulħadd, jiġri li, ħafna drabi, ittra li jkun bagħat bil-posta avukat, tasal wara li li l-istess avukat ikun iddiskuta l-kontenut ta’ din l-ittra ma’ l-Amministrazzjoni tal-Qorti f’Għawdex u għalhekk kull acknowledgement ta’ din l-ittra meta tasal għand ir-Reġistratur tal-Qrati f’Għawdexikun superfluwu.

L-amministrazzjoni tal-Qorti f’Għawdex tħoss li huwa pożittiv ħafna l-apprezzament ta’ l-avukati Għawdxin għax-xogħol siewi li qiegħed jagħmel għall-Ġudikant ġdid f’Għawdex. Għalhekk tħossha ftit konfusa li l-avukati fl-ewwel paragrafu ta’ l-istqarrija tagħhom jilmentaw dwar is-seduti li qed isiru wara nofsinhar u lejn it-tmiem ta’ l-istqarrija tagħhom ifaħħru, kif xieraq, lill-istess Ġudikant għax-xogħol li qiegħed jagħmel.

Kontra l-impressjoni li ngħatat minn Dr Farrugia in-notifiki tax-xhieda dejjem isiru. Iżda ta’ min jgħid li hemm numru ta’ avukati li jippreżentaw it-taħrika fl-aħħar mument qabel is-seduta partikolari b’riżultat li ma jkunx hemm ħin biżżejjed ħalli dawn ix-xhieda jiġu notifikati bis-seduta.  Mill-banda l-oħra n-nuqqas ta’ marixxalli ser ikun indirizzat fil-futur qarib peres li diġa beda l-proċess biex toħroġ sejħa għal żewġ Court Messengers li jistgħu jagħmlu xogħol ta’ notifiki.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-post fejn hemm ir-Reġistru, ta’ min jgħid li x-xogħol ta’ tikħil u dak infrastrutturali lest, u fi ftit ġimgħat ir-Reġistru għandu jerġa’ jibda jopera mis-sular t’isfel.

Kull meta l-Amministrazzjoni tal-Qorti f’Għawdex kellha talba rigward l-inaċċessibilita’ tal-post minn xi ħadd anzjan jew b’xi diżabilita’, dan id-dipartiment dejjem ra kif għamel biex saħansitra sentenzi nqraw fid-djar privati tagħhom.  Madanakollu, diġa’ ġie mħabbar li ser jinbena Qorti Ġdid f’post alternattiv u li hu aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Fl-aħħarnett l-Onorevoli Dr Angelo Farrugia jaf li id-dipartiment tal-Qorti f’Għawdex m’għandu ebda ġurisdizzjoni fuq il-pjazza ta’ quddiemu u l-parkeġġ fiha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

Aktar Stqarrijiet Right arrow