ĊELEBRAZZJONI POPOLARI U GĦARFIEN DWAR L-AMBJENT
Għat-tielet sena konsekuttiva l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qed jorganizza l-EchoFest, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ambjent. Din l-attività se ssir is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Ġunju 2007 fi Ġnien Indipendenza, Sliema mill-5pm ’il quddiem.
Minbarra li jingħalaq il-programm t’attivitajiet organizzat għall-Ġimgħa Ambjent, permezz ta’ din l-attività l-Ministeru għandu l-għan li jagħmel ċelebrazzjoni popolari u joħloq għarfien dwar l-ambjent. Għal din l-attività jkunu mistiedna jieħdu sehem għadd ta’ NGOs, għaqdiet u kumpanniji li jaħdmu fis-settur ta’ l-ambjent.
F’din l-attività jkun hemm ukoll stands informattivi dwar id-diversi inizjattivi ambjentali li għaddejjin bħalissa. Matul l-attività ma jonqosx ukoll l-element ta’ divertiment u attrazzjonijiet għal kulħadd, inkluż attivitajiet dedikati speċjalment għat-tfal u spettaklu provdut minn artisti popolari li jinkludu lil J Anvil, Nadine Axisa, Big Band Brothers u Leontine. Ser ikun hemm ukoll wirjiet tal-grupp komiku popolari Zoo. L-ispettaklu tal-Ħadd se jkun jikkonsisti f’kunċert mill-grupp popolari Tribali li jibda fit-8.30pm.
Din l-attività qed issir b’kollaborazzjoni mal-Awtortià ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanara (MEPA) u l-WasteServ.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965