Left arrow Go Back

PARTEĊIPAZZJONI FIL-PREMJU GĦAD-DESTINAZZJONI EWROPEA TA’ EĊĊELLENZA

PR0836
Date Icon 06/06/2007

The EU Affairs & Policy Development Unit fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qiegħed din is-sena jipparteċipa fi proġett pilota bit-tema ‘Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza’. Dan il-proġett hu organizzat u kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u appoġġjat mill-Istati Membri ta’ l-EU u l-Pajjiżi Kandidati. 

Il-proġett għandu l-iskop li jattira l-attenzjoni lejn il-valur, id-diversità u l-karatteristiċi li jaqsmu bejniethom d-destinazzjonijiet turistiċi Ewropej u li jippromwovu destinazzjonijiet fejn l-miri għall-iżvilupp ekonomiku huma seġwiti b’tali mod li jiżguraw is-sostenibbilità soċjali, kulturali u ambjentali tat-turiżmu. 

It-tema ta’ eċċellenza għall-proġett ta’ din is-sena hi t-turiżmu rurali. Il-Premju ser jingħata għall-Aħjar Destinazzjonijiet Emerġenti Rurali. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, Francis Zammit Dimech ħabbar li f’Malta l-iskop tal-proġett kien li tkun identifikata dik il-lokalità li matul l-aħħar tliet snin ħadet inizjattivi billi ġibdet attenzjoni lejn il-karatteristiċi tagħha permezz ta’ offerta rurali sostenibbli u billi utilizzat għodda promozzjonali effettivi biex tippromwovi dak kollu li għandha u li rnexxielha tikseb.  

“L-għażla waqgħet fuq in-Nadur Għawdex. Filwaqt li din il-lokalità ppromwoviet lilha nfisha bħala destinazzjoni rurali, in-Nadur għen biex jitjieb il-prodott Malti billi offra lit-turist esperjenza unika, sinjura fil-wirt kulturali u naturali,” tenna l-Ministru Francis Zammit Dimech.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fi żmien meta qed isir minn kollox biex Għawdex issirlu promozzjoni turistika bħala entità differenti minn Malta, l-inizjattivi li qed jieħu l-Kunsill Lokali Nadur qed jappoġġjaw l-iżvilupp tat-turiżmu rurali. Hu qal li l-organizazzjoni ta’ attivitajiet speċjali kienu qed jħallu marka fuq il-lokalità u permezz tal-lokalità fuq Għawdex kollu. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li li ma setax ma jfakkarx fil-Karnival li jiġi ta’ kull sena organizzat fin-Nadur, li jiġbed lejh eluf ta’ Maltin, Għawdxin u barranin u apprezzament mhux biss f’Malta iżda anke barra pajjiżna. Hu qal li dan il-karnival tant kien popolari li l-Federazzjoni tal-Bliet Ewropej tal-Karnival għażlet li torganizza il-25 Konvenzjoni Internazzjonali tagħha fin-Nadur, Għawdex.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-organizazzjoni ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana kienet attività oħra suċċess kbir li ġiet imtella’ f’Għawdex u li kienet mezz qawwi ta’ kif Għawdex jingħata promozzjoni. Hu qal li fit-tlitt ijiem ta’ dan il-festival Maltin u barranin setgħu jaraw u jsegwu dak li toffri l-kapitali Għawdxija u ċ-Ċitadella f’dik li hi storja, kultura, arti u tradizzjoni. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-EU Affairs & Policy Development Unit kienet preżentament qed tipprepara proposta biex tipparteċipa fit-tieni proġett pilota kofinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea għal Destinazzjonijiet Ewropej ta’ Eċċellenza. Hu qal li t-tema għall-2008 se tkun ‘it-turiżmu u l-l-wirt intanġibbli lokali’ bl-iskop li tiġi pprempjata dik il-lokalità li żviluppat offerta ġdida turistika bażata fuq l-apprezzament tal-wirt intanġibbli lokali u speċifiku tagħha. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li proġetti bħal dawn kienu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-prodott turistiku u jkomplu jqiegħdu l-lokalità li tkun qed issirlha promozzjoni fuq il-mappa turistika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow