MALTIN JIPPARTEĊIPAW F’ “ĠIRJA KONTRA T-TIPJIP” FI TRIPLI
Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Waqfien mit-Tipjip li kien ċelebrat fil-31 ta’ Mejju, is-Snobola International Friendship Club tal-Libja organizza diversi attivitajiet, fosthom maratoni u ġirjiet bit-tema “Ieqaf Pejjep u Iġri”.
Dan il-klabb li għandu l-bażi tiegħu fi Tripli taħt il-patroċinju tal-Kurunell Gaddafi, hu organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi attivitajiet kulturali, edukattivi, xejntifiċi u sportivi bl-iskop li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi.
Bejn it-30 u l-31 ta’ Mejju, il-klabb organizza tliet ġirjiet li fihom ħadu sehem mijiet ta’ tfal u adulti u ġerrejja professjonisti u dilettanti. Membri tal-komunitajiet barranin fi Tripli kienu mistiedna jieħdu sehem biex flimkien ma’ atleti Libjani jgħidu LE għat-Tipjip.
Daniel Bonello, l-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli u Diego Galea, Malti li jgħix hemm ipparteċipaw għan-nom ta’ Malta flimkien ma’ rappreżentanti mill-Filippini, l-Eġittu, is-Sudan, il-Kenja u pajjiżi oħra. Waqt dawn l-attivitajiet membri tal-Boy Scouts u l-Girl Guides qassmu tagħrif dwar il-ħsara tat-tipjip.
L-Ambaxxatur Malti fi Tripli, Dr. Joseph Cassar flimkien ma’ Maria Calleja uffiċjal fl-ambaxxata Maltija, attendew ukoll għal dawn l-attivitajiet.
Stqarrijiet Oħra:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965