Left arrow Go Back

MALTIN JIPPARTEĊIPAW F’ “ĠIRJA KONTRA T-TIPJIP” FI TRIPLI

PR0835
Date Icon 06/06/2007

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Waqfien mit-Tipjip li kien ċelebrat fil-31 ta’ Mejju, is-Snobola International Friendship Club tal-Libja organizza diversi attivitajiet, fosthom maratoni u ġirjiet bit-tema “Ieqaf Pejjep u Iġri”. 

Dan il-klabb li għandu l-bażi tiegħu fi Tripli taħt il-patroċinju tal-Kurunell Gaddafi, hu organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi attivitajiet kulturali, edukattivi, xejntifiċi u sportivi bl-iskop li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi. 

Bejn it-30 u l-31 ta’ Mejju, il-klabb organizza tliet ġirjiet li fihom ħadu sehem mijiet ta’ tfal u adulti u ġerrejja professjonisti u dilettanti.  Membri tal-komunitajiet barranin fi Tripli kienu mistiedna jieħdu sehem biex flimkien ma’ atleti Libjani jgħidu LE għat-Tipjip. 

Daniel Bonello, l-Ewwel Segretarju fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli u Diego Galea, Malti li jgħix hemm ipparteċipaw għan-nom ta’ Malta flimkien ma’ rappreżentanti mill-Filippini, l-Eġittu, is-Sudan, il-Kenja u pajjiżi oħra.  Waqt dawn l-attivitajiet membri tal-Boy Scouts u l-Girl Guides qassmu tagħrif dwar il-ħsara tat-tipjip. 

L-Ambaxxatur Malti fi Tripli, Dr. Joseph Cassar flimkien ma’ Maria Calleja uffiċjal fl-ambaxxata Maltija, attendew ukoll għal dawn l-attivitajiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow