Left arrow Go Back

Approvata l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea gĦall-irtirar tad-deċiŻjoni dwar id-defiCit eċċessiv ta’ Malta

PR0828
Date Icon 05/06/2007

Illum, il-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Ekonomija u l-Finanzi Ewropej approva l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-irtirar tad-deċiżjoni dwar id-deficit eċċessiv ta’ Malta, kif ukoll ir-Rapporti ta’ Konverġenza dwar Malta ippreparati mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu waqt il-laqgħa tal-Ministri ta’ l-Ekonomija u l-Finanzi Ewropej fil-Lussemburgu.

Għal din il-laqgħa kienu preżenti l-Prim Ministru, Dr Lawrence Gonzi, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor Tonio Fenech kif ukoll is-Sur Richard Cachia Caruana, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea. 

Fid-diskors tiegħu lill-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru qal li Malta tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonferma t-titjib kbir fil-qagħda finanzjarja ta’ Malta. Huwa semma kif ir-riżultati pożittivi li nkisbu fil-finanzi tal-Gvern kienu l-frott kemm tal-programm ekonomiku u finanzjarju mwettaq mill-Gvern matul is-snin li għaddew, kif ukoll tal-ħidma ta’ l-operaturi ekonomiċi u l-poplu Malti.  

Il-Prim Ministru wera kif fis-snin li għaddew, Malta għamlet progress sostanzjali fil-finanzi pubbliċi.  Iċ-ċifri dwar id-dħul u l-ħruġ tal-Gvern għall-2007 diga’ jikkonfermaw li l-pajjiż qiegħed fit-triq it-tajba sabiex jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu għal din is-sena.  

Dr. Gonzi sostna li pożizzjoni fiskali sostenibbli hija element importanti fil-politika ekonomika tal-Gvern. Il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jimplimenta l-programm finanzjarju u ekonomiku tiegħu sabiex jitkompla l-progress lejn il-kisba ta’ budget strutturali bilanċjat fis-snin li ġejjin, kif ukoll sabiex ikompli jassigura l-aħjar żvilupp ekonomiku u socjali għall-Maltin kollha.  

Fir-rigward tar-Rapporti ta’ Konverġenza ppreparati mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Prim Ministru qal li l-konklużjonijiet tagħhom, filwaqt li jikkonfermaw il-progress li Malta għamlet fl-oqsma ekonomiċi u finanzjarji, jiftħu t-triq għad-dħul ta’ Malta fiz-zona ta’ l-euro mill-1 ta’ Jannar 2008.  Dan huwa meqjus bħala pass importanti fl-istorja ekonomika Maltija.  

Dr Gonzi għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-poplu Malti u lill-operaturi ekonomiċi kollha għall-ħidma u l-kontribut tagħhom sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pajjiż u awgura li bil-kontribut ta’ kulħadd, pajjiżna jkompli jibni fuq ir-riżultati pożittivi miksuba fl-aħħar snin. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow