Left arrow Mur Lura

Il-Festival Folkloristiku Mediterranju ser jiġi organizzat f’żewġ lokalitajiet

PR0822
Date Icon 04/06/2007

“Il-Festival Folkloristiku Mediterranju, li sas-sena l-oħra kien il-Festival tal-Għana, issa ilu jittella’ disa’ snin u rnexxielu jimla vojt. L-għana hi bla dubbju ta’ xejn tip ta’ espressjoni folkloristika Maltija, li hi wkoll popolari f’ħafna pajjiżi Mediterranji. Għalhekk l-għana hi mezz ieħor kif il-pajjiżi Mediterranji jingħaqdu flimkien kulturalment u biex fl-istess waqt iżommu l-identita’ tagħhom.” 

Dan tennieħ il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta nieda il-Festival Folkloristiku Mediterranju waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fil-Pjazza tal-Knisja, fil-Għargħur. 

Il-Festival tal-Għana din is-sena ser jilbes libsa  ġdida u ser jibda jkun magħruf bħala l-Festival Folkloristiku Mediterranju. Il-Festival hu organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali Folklor fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura. 

L-iskop wara din il-bidla hi li l-Festival ikun aktar miftuħ għall-folklor Malti, anke jekk il-fulkrum xorta jibqa’ l-għana. Il-programm din is-sena ser jinkludi wkoll kant folkloristiku Malti. 

Fil-Festival ta’ din is-sena ser jieħdu sehem gruppi barranin: grupp minn Ragusa,  grupp minn Messina u grupp Ġermaniż li ser idoqq iż-żaqq flimkien ma’ Maltin li se jdoqqu melodiji Maltin. 

L-ewwel serata tal-Festival ser tittella’ nhar il-Erbgħa 6 ta’ Ġunju fil-Għargħur bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-lokalità. It-tieni u t-tielet serata ser jittellgħu fil-Ġonna ta’ l-Argotti nhar is-Sibt u l-Ħadd  9 u 10 ta’ Ġunju.  

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Festival ta’ din is-sena kien ser jinkludi wkoll kant folkloristiku Malti minn kantanti magħrufa, kant li hu popolari ħafna fost il-Maltin. Hu qal li b’hekk ser tintlaħaq udjenza aktar wiesgħa  u dan għandu jgħin biex dan il-Festival ikun aktar popolari. 

Il-Ministru kompla jgħid li d-deċiżjoni li l-Festival jittella’ f’żewġ lokalitajiet, il-Ġonna ta’ l-Argotti – fejn ittella’ dejjem – u l-Għargħur, iqisha waħda tajba għaliex ser tagħti lil dan il-festival firxa usa. Hu qal li fl-Argotti kien ser ikun hemm ukoll wirja ta’ hobbies tal-poplu Malti u ta’ artiġġjanat, li kien ċert li kienet ser tattira numru kbir ta’ nies. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li d-deċiżżjoni li l-grupp folkoloristiku minn Messina minbarra milli jippareċipa fil-Festival kien ser jagħmel workshops fil-MITP, il-Ġimgħa u s-Sibt 8 u 9 ta’ Ġunju, dwar iż-żfin tradizzjonali Sqalli  kienet inizjattiva tajba li għandha twassal biex il-parteċipanti jsiru jafu aktar dwar iż-żfin tradizzjonali Sqalli u jibdlu ideat dwar il-kultura tad-diversi pajjiżi. 

Il-Ministru Zammit Dimech fl-aħħarnett ta ġieħ lil Frans Baldacchino “Il-Budaj” li għalih kien qed ikun dedikat dan il-Festival. Hu qal li Frans Baldacchino kien kolonna tal-folklor Malti u li għalhekk kien ħaqqu dan il-ġieħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

Aktar Stqarrijiet Right arrow