Left arrow Go Back

Ambaxxatur Malti għal Andorra

PR0820
Date Icon 04/06/2007

L-Ambaxxatur Malti mhux Residenti għal Andorra, Gaetan Naudi, ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-Prinċep Konġunt ta’ Andorra, Joan Enric Vives i Sicilia, f’ċerimonja li saret fil-Palazz Episkopali tal-prinċep – li hu Isqof – f’La Seu d’Urgell f’Katalunja.   

Xahar ilu l-Ambaxxatur Naudi ippreżenta l-kredenzjali lill-Prinċep Konġunt l-ieħor ta’ Andorra, l-ex President Jacques Chirac. 

F’laqgħa li damet madwar 20 minuta wara l-preżentazzjoni tal-kredenzjali, il-Prinċep u l-Ambaxxatur Naudi tkellmu dwar ix-xebħ f’bosta oqsma li jeżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u kif il-ħbiberija bejniethom kompliet tiżviluppa fl-aħħar 12-il sena kemm ilhom li kienu stabbiliti r-relazzjonijiet diplomatiċi ta’ bejniethom. 

Il-Prinċep Vives i Sicilia spjega kif il-gvern ta’ Andorra qed ifittex rabtiet akbar ma’ l-Unjoni Ewropea u kif pajjiż żgħir bħal Malta jifhem aktar malajr il-problemi marbuta mad-daqs tal-pajjiż.  Hu qal li Malta tista’ tgħin lil Andorra f’dan ir-rigward billi tagħti pariri siewja mill-esperjenzi tagħha fil-familja Ewropea tas-27 pajjiż. 

F’laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin il-ġdida ta’ Andorra, Meritxell Mateu Pi, l-Ambaxxatur Naudi tkellem dwar l-Akkordju ta’ Kooperazzjoni Ġenerali u Ħbiberija li kien iffirmat bejn Malta u Andorra fl-2004 u kif dan jista’ jixpruna aktar kuntatti bilaterali fl-oqsma tal-lingwi, taħriġ ta’ Diplomatiċi minn Andorra f’Malta kif ukoll skambji fil-qasam tat-Teknoloġija ta’ l-Informatika u fil-livell ta’ Universitajiet. 

Il-Ministru ta’ Andorra semmiet ukoll il-possibbilta’ li jiżdiedu l-kuntatti bejn il-komunitajiet kummerċjali taż-żewħ pajjiżi u kif Malta u Andorra jistgħu jaqsmu bejniethom it-tagħrif u l-esperjenzi rispettivi tagħhom fil-qasam turistiku. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO    Infringement proceedings concerning the Finch Research Derogation

PR261965en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX   Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga għar-riċerka dwar l-għasafar tal-għana

PR261965

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Proċeduri ta’ ksur dwar id-deroga g...

More Press Releases Right arrow