Left arrow Mur Lura

Jibdew ix-Xogħlijiet fuq iz-Zuntier tal-Knisja ta’ San Bastjan f’Ħal-Qormi

PR0812
Date Icon 01/06/2007

Wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura huwa li jsebbaħ il-pjazez ta’ l-irħula Maltin.  Xhieda ta’ dan huma x-xogħlijiet li saru għal dawn l-aħħar snin f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż kollu.  Dan qalu l-Minstru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit meta kien qed iżur xogħlijiet ta’ pavimentar li qed isiru madwar il-Knisja ddedikata lil San Bastjan f’Ħal-Qormi.

Ix-xogħlijiet li bdew fil-bidu ta’ April ta’ din is-sena u mistennija li jintemmu għall-aħħar ta’ Lulju ser isiru fuq il-partijiet ta’ madwar u wara l-knisja.  Il-proġett jikkonsisti fi bdil ta’ kurduna li tissepara l-ħamrija minn mal-madum, skavar tal-wiċċ ta’ l-art eżistenti, xogħol fuq it-turgien, tqegħid ta’ pajpijiet għal bdil ta’ servizzi u tqegħid ta’ madwar 2000m2 ta’ pavimentar ġdid.  Qed issir ukoll sistema ta’ illuminazzjoni ġdida li ser iddawwal it-tlett faċċati tal-knisja.  Id-disinn tal-pavimentar magħżul ser jikkumplimenta ma’ l-arkitettura tal-knisja.  F’dan il-kuntest id-disinn ġie mfassal fit-tond biex jagħti mportanza lit-tlett entraturi tal-knisja.  Sadanittant is-simetrija ezistenti ser tinżamm u għaldaqstant il-partijiet fejn hemm is-"soft landscaping" ser jibqgħu kif inhuma. 

Il-Ministru Ninu Zammit fakkar li dawn ix-xogħlijiet li qed isiru kollha mill-ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura jkomplu jgħaqdu mal-lista twila tax-xogħlijiet simili li saru u li ser isiru f’aktar irħula fosthom l-Imqabba, Haż-Zabbar, il-Fgura, Ħal-Balzan u z-zuntier tal-Knisja ta’ San Gorġ Ħal-Qormi.  Ma dawn għaddejjin xogħlijiet f’San Gwann u l-Qrendi.

Il-Ministru Zammit temm jgħid li l-għan aħħari ta’ dan it-tip ta’ proġetti hu li filwaqt li jsebbaħ iċ-ċentru ta’ l-irħula tagħna,  fl-istess ħin tispikka l-karatteristika tradizzjonali ta’ kull raħal.  Fl-aħħarnett il-Ministru rringrazzja lill-periti u l-ħaddiema kollha tal-gvern għall-kontribut siewi tagħhom fit-twettiq ta’ dawn il-proġetti.  Huwa rringrazzja wkoll lill-kappillan u n-nies tal-lokal għall-koperazzjoni tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow