Left arrow Mur Lura

500 tifel u tifla jiddiskutu l-edukazzjoni

PR0811
Date Icon 01/06/2007

Dalgħodu madwar 500 tifel u tifla tas-sitt sena mill-iskejjel Statali u tal-Knisja ltaqgħu ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Edukazzjoni fejn tkellmu u ddiskutew l-edukazzjoni, il-ħajja skolastika u t-transizzjoni minn skejjel primarji għal dawk sekondarji mil-lenti ta’ l-istudenti.   

Din l-attività, organizzata mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, flimkien mad-Diviżjoni ta’ L-Edukazzjoni u l-Assoċjazzjoni Kunsilli Skolasatiċi (AKS), tagħmel parti minn sensiela ta’ laqgħat li raw il-bidu tagħhom fi Frar li għadda, permezz tal-konferenza “Li titgħallem…..qatt m’hu tard wisq”. L-awtoritajiet edukattivi komplew il-konsultazzjoni tagħhom mal-ġenituri permezz ta’ laqgħa ftit tax-xhur ilu, fejn attendew għalija ftit aktar minn 300 ġenitur. Preżenti għall-attività tal-lum kien hemm is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, is-Sur Frans Borġ u d-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, Dr Cecilia Borġ. Bħala rappreżentant ta’ l-iskejjel tal-Knisja kien hemm id-Direttur tas-Servizzi fl-Edukazzjoni Kattolika, Brother Saviour Gatt.  

“Aħna rridu li intom it-tfal toħorġu mill-iskola mħarġa tajjeb b’dak kollu li hemm bżonn biex tagħmlu suċċes fil-ħajja tagħkom u fid-dinja tax-xogħol. Aktar ma nkunu nafu intom xi tridu, aktar inkunu nistgħu nipprovdu ambjent li jgħinkom tikbru fit-tagħlim u fil-karattru” qal is-Sur Frans Borġ waqt id-diskors tiegħu. Is-Segretarju Permanenti kompla billi spjega kif il-konsultazzjoni qed issir ukoll mal-pubbliku in ġenerali permezz tal-media b’mod partikolari fuq Education 22. Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 2598 2125 jew jibgħat e-mail fuq fb@gov.mt biex jgħati s-suġġerimenti tiegħu fuq l-edukazzjoni.  

Is-Sur Borġ spjega kif hu qed iżur il-Kulleġġi kollha wieħed, wieħed, fejn hemm qed jiltaqa’ mal-kapijiet ta’ l-iskejjel kollha u l-istudenti. Infatti hu diġà żar il-Kulleġġ t’Għawdex, il-Ħames Kulleġġ u bħalissa beda jdur l-iskejjel tal-Kulleġġ tal-Kottonera. B’hekk il-Ministeru qed iżomm kuntatt kontinwu ma’ kull minn għandu x’jaqsam ma’ l-edukazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow