IL-FUEL SURCHARGE FUQ L-ELETTRIKU
PR0807
31/05/2007
Kif tħabbar f’Novembru 2005 ir-reviżjoni tar-rata tal-fuel surcharge fuq il-konsum ta’ l-elettriku pprovdut mill-Enemalta tinħadem fuq il-prezz li l-Enemalta tkun ħallset għall-aħħar kunsinnji tal-prodotti meta dawn jiġu importati minn barra l-pajjiż. Dan il-prezz jiddependi kemm mill-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali kif ukoll mir-rata tal-kambju bejn id-Dollaru Amerikan u l-Lira Maltija.
Għax-xhur ta’ Ġunju u Lulju, 2007 il-Korporazzjoni Enemalta se żżomm is-surcharge bl-istess rata ta’ April u Mejju, jiġifieri rata ta’ 45%.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965