Left arrow Mur Lura

Il-Ministru fostkom

PR0804
Date Icon 31/05/2007

Is-seba’ laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir fl-14 ta’ Ġunju, fil-gżira ta’ Għawdex.

Il-laqgħa ser issir fil-Ministeru għal Għawdex bejn l-10.00 a.m. u  s-1.00 p.m. għar-residenti kollha ta’ Għawdex.

F’dawn it-tlett siegħat il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu  appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care  fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru Cristina skond min ikun ċempel l-ewwel.

Minħabba li ma jkunx possibli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar.

Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jifissa l-appuntament. Min ma jċempilx xorta waħda jista’ jiġi l-Ministeru għal Għawdex u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.

Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi.  Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow