Il-Ministru fostkom
Is-seba’ laqgħa fis-sensiela “Il-Ministru fostkom” ser issir fl-14 ta’ Ġunju, fil-gżira ta’ Għawdex.
Il-laqgħa ser issir fil-Ministeru għal Għawdex bejn l-10.00 a.m. u s-1.00 p.m. għar-residenti kollha ta’ Għawdex.
F’dawn it-tlett siegħat il-Ministru Cristina ser tiltaqa’ b’mod individwali ma’ numru ta’ nies li jkunu għamlu appuntament mal-Customer Care tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel lil Customer Care fuq in-numru 2590-3006 u jħalli ismu w in-numru tal-karta ta’ l-identità. Dak in-nhar tal-laqgħa n-nies jidħlu għall-appuntament mal-Ministru Cristina skond min ikun ċempel l-ewwel.
Minħabba li ma jkunx possibli li l-Ministru Cristina tiltaqa’ personalment ma’ kulħadd, in-nies jistgħu jingħataw appuntament ma’ uffiċjali tal-Customer Care tal-Ministeru li ser ikunu mal-Ministru Cristina dak in-nhar.
Jekk xi ħadd jixtieq ikellem lil uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, għandu jispjeċifika dan meta jċempel lil Customer Care biex jifissa l-appuntament. Min ma jċempilx xorta waħda jista’ jiġi l-Ministeru għal Għawdex u jitniżżel dak il-ħin stess għal appuntament mal-Customer Care aktar tard.
Din hija opportunità fejn in-nies jistgħu jiltaqgħu mal-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-lokalità tagħhom stess, f’ambjent fejn huma jħossuhom komdi. Se jsiru laqgħat oħra f’din is-sensiela madwar Malta. Għalhekk in-nies huma mitluba jistennew sakemm il-laqgħa ssir fil-lokalità tagħhom sabiex jiffissaw appuntament.
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965