FESTA NAZZJONALI TAS-SETTE GIUGNO
PR0802
31/05/2007
Il-Programm ta' attivitajiet għal din is-sena organizzati mill-Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fil-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura, huwa dan li ġej.
L-Erbgha, 6 ta' Ġunju 2007
10.00 am Tqegħid ta' kuruna tal-fjuri fuq il-Monument tal-Vittmi tas-"Sette Giugno" fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata
Il-Ħamis , 7 ta' Ġunju 2007
Ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tas-"Sette Giugno" f'Misraħ San Ġorg, Valletta
| 09.45 am | Mr Speaker u l-Membri tal-Kamra tad-Deputati jiltaqgħu fil-Kamra tal-Kumitati, il-Palazz. |
| 09.45 am | Stakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jimmarċjaw tul Triq ir- Repubblika |
| 09.54 am | L-istakkament tal-Pulizija, flimkien mal-Banda tal-Pulizija jieħdu posthom quddiem il- Monument tas-"Sette Giugno", f'Misraħ San Ġorg. |
| 10.00 am | L-iSpeaker, Prim Ministru, il-Kap ta' l-Oppozizzjoni, flimkien mal-Membri tal-Kamra tad-Deputati joħorgu mill-Palazz u jimxu sa quddiem il-Monument. |
| 10.02 am | Il-Membri wara li jsellmu lill-Monument, jieħdu posthom bil-qegħda. |
| 10.03 am | Diskors mill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor Anton Tabone |
| 10.13 am | Wara d-diskors, l-iSpeaker imur quddiem il-Monument. |
| 10.15 am | Tindaqq il- "Last Post". |
Minuta Silenzju.
| 10.17 am | Tindaqq ir-"Reveille". |
| 10.18 am | L-iSpeaker iqiegħed kuruna tal-fjuri fuq il-Monument. |
| Wara jitilgħu bil-kuruni il-Prim Ministru u l-Kap ta' l- | Oppozizzjoni. |
| 10.20 am | Tqegħid ta' kuruni mill-Partiti Politiċi u l-Korpi Kostitwiti. |
Jindaqq l-Innu Nazzjonali.
| 10.30 am | Marċ mill-istakkament tal-Pulizija tul Triq ir-Repubblika |
| 10.31 am | L-iSpeaker, Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni akkumpanjati mill-Membri tal- Kamra tad-Deputati jmorru l-bitħa tal-Palazz. |
Other Press Releases:
PR261965en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR GOZO Infringement proceedings concerni...
PR261965