Left arrow Mur Lura

L-aħjar Għid għat-turiżmu għal dawn l-aħħar snin

PR0801
Date Icon 31/05/2007

Iż-żieda fit-turiżmu ta’ 4.1 fil-mija f’April tkompli tikkonferma x-xejra inkoraġġanti li qed naraw f’din l-industrija. Biex ikollna stampa aktar sħiħa ta’ x’qed jiġri rigward dan il-perijodu, rridu nieħdu flimkien ix-xahrejn ta’ Marzu u April peress li l-Għid ivarja mhux biss rigward il-ġurnata, iżda ġieli wkoll ix-xahar.  

F’Marzu u April ta’ din is-sena żaru pajjiżna 173,073. Din kienet żieda ta’ 6.7 fil-mija fuq l-istess perijodu s-sena l-oħra, ta’ 8.5 fil-mija fuq l-istess perjodu fl-2005 u ta’ 10.1 fil-mija fuq Marzu u April ta’ l-2004. In-nefqa mit-turisti f’dawn ix-xahrejn kienet Lm4.3 miljun, jew 7.9 fil-mija aktar mill-istess xahrejn tal-2006. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ikkumenta li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw ix-xejra inkoraġġanti fil-qasam turistiku u li l-miżuri li ttieħdu s-sena l-oħra bdew jagħtu riżultati. 

Il-Ministru Francis Zammit Dimech tenna li bl-introduzzjoni tal-low cost carriers u ż-żieda ta’ erba’ rotot oħra li se jkun hemm sa l-aħħar tas-sena, bil-kampanja ta’ promozzjoni li qed issir barra l-pajjiż u bil-programm ta’ titjib tal-prodott li qed jitwettaq,  is-settur turistiku jista’ jkompli jikber u jagħti riżultati pożittivi għal-ġid ekonomiku ta’ pajjiżna.  

Biex dan ikun jista’ jsir, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura iħares lejn il-ħtieġa li nkomplu ninvestu aktar f’dan is-settur għax kull ma nonfqu tajjeb fuq it-turiżmu huwa investiment favur l-ekonomija sħiħa ta’ pajjiżna, u għalhekk flimkien ma’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura se jkompli jagħmel kull ma jista’ favur l-aqwa ‘marketing’ ta’ Malta b’mod partikolari fis-swieq minn fejn pajjiżna l-aktar jattira t-turisti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow