Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI

PR0797
Date Icon 30/05/2007

Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni Ċensu Galea, għal darb’oħra jiċħad kategorikament l-allegazzjonijiet li qed jagħmel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Alfred Sant. 

Bi tweġiba għall-kampanja li qed isostni Alfred Sant jidher ċar li hemm interess min-naħa tal- Kap ta’ l-Oppożizzjoni fid-difiża ta’ Anġlu Debono, il-persuna li pprovdiet ir-recordings. 

F’dan l-istadju l-Ministru Ċensu Galea, jħoss li għandu jiżvela l-akkużi li nstab ħati tagħhom, Anġlu Debono mill-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-Awtorita’ tat-Trasport.  

Anġlu Debono, instab ħati li ma mexiex skond l-ordnijiet li ngħatawlu u li naqas mid-doveri tiegħu. 

Matul il-proċess, Anġlu Debono, kien ipprova jfittex refuġju għand il-Ministru Ċensu Galea, li min-naħa tiegħu sostna miegħu li hu ma kienx ser jiddefendih għan-nuqqasijiet tiegħu. 

Jidher issa li Anġlu Debono sab refuġju għand il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Alfred Sant fejn dan qed jipprova jiddefendih billi jxandar partijiet minn recordings li finalment ma jitfgħu l-ebda dell ikrah fuq il-Ministru. Anzi, aktar minn hekk juru kif il-Ministru wara li sema bl-allegazzjonijiet li kienu qed isiru dwaru ra li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex l-irregolaritajiet allegati jkunu indirizzati. 

Wara t-tieni sessjoni ta’ “listening comprehension” tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni fejn reġa’ semma’ recordings ta’ diskursati mal-Ministru li saru snin ilu, il-Ministru jistaqsi lil Alfred Sant: 

·        X’inhu l-interess veru ta’ Alfred Sant wara dan il-każ?

·       Għalfejn Alfred Sant qed jaħbi l-akkużi li nstab ħati għalihom Anġlu Debono mill-Bord tad-Dixxiplina?

·       Alfred Sant għalfejn ma jiżvelax min hi l-persuna li qed tiddefendi lil Anġlu Debono uffiċjalment?

·       Għalfejn Alfred Sant qed jiddefendi persuna li nstabet ħatja ta’ irregolaritajiet mill-Bord tad-Dixxiplina ta’ l-ADT? 

Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Alfred Sant ma jistax jkun kredibbli meta minflok jara li jiddefendi lil min ra li jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa fil-konfront ta’ persuna li wettqet irregolarita’ qed jiddefendi u jaħdem biċċa waħda ma’ persuna li nstabet ħatja ta’ irregolaritajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow