Koperattivi - "Koperattive Mod Iehor ta' Kif Isir In-Negozju"
1.0 Introduzzjoni:
Is-soċjetajiet koperattivi f’Malta ilhom jeżistu mis-sena 1947. L-ewwel ma ġew iffurmati kienu koperattivi agrikoli u warajhom dawk tas-sajd. Ilum f’Malta hawn 59 koperattiva li bejniethom imissu l-firxa kollha ta’ l-attivita’ ekonomika Maltija mill-biedja u sajd sas-servizzi finanzjarji. Minkejja diffikultajiet kbar u żminijiet diffiċli, l-Moviment Koperattiv Malti baqa’ jissaħħaħ matul iż-żmien u huma ħafna dawk il-koperattivi li qegħdin jitmexxew b’suċċess kemm ekonomiku u kemm soċjali.
2.0 Principji ta’ Koperattivi:
Is-seba’ prinċipji li jiffurmaw il-bażi tal-Moviment Kooperattiv fid-dinja kollha huma:
| 1) | Sħubija miftuħa u volontarja, |
| 2) | Kontroll demokratiku tal-membri, |
| 3) | Partiċipazzjoni ekonomika tal-membri, |
| 4) | Awtonomija u indipendenza, |
| 5) | Dritt għall-informazzjoni, taħriġ u edukazzjoni, |
| 6) | Kooperazzjoni bejn il-Koperattivi, u |
| 7) | Għajnuna lill-komunita’. |
Dawn il-prinċipji huma ta’ importanza kbira li, meta jiġu osservati kif suppost, għandhom jikkontriwixxu mhux ftit għas-suċċess ekonomiku u soċjali ta’ kull soċjeta’ koperattiva. Sfortunatament dan mhux dejjem jiġri, u għalhekk insibu koperattivi bi problemi, bħal tmexxija mhux professjonali, piki fierħa bejn il-membri u nuqqas serju ta’ taħriġ. Ta’ min jinnota li l-koperattivi tal-ħaddiema iħaddnu spirtu koperattiv aktar b’saħħtu minħabba l-fatt li kull membru ta’ dawn il-koperattivi jifhem l-importanza tas-solidarjeta’ reċiproka u li l-ġid jitkattar biss billi kullħadd jiġbed ħabel wieħed.
3.0 Ħtieġa ta’ Analiżi SWOT:
Dan l-SWOT Analysis huwa maħsub sabiex ikunu identifikati l-problemi li qed jiffaċċjaw il-koperattivi Maltin, kif ukoll suġġerimenti ta’ x’għandu jsir sabiex jinħoloq ambjent aħjar għan-negozju.
Ghalhekk dan l-iSWOT Analysis l-istudju xjentifiku li kien sar mill-koperattiva Outlook fis-sena 2001, iżda fuq bażi volontarja fejn kull koperattiva ħarset b’mod ġenerali lejn iċ-ċirkostanzi tagħha u kummentat fuqhom.
Minkejja dan ir-riżultati ta’ l-analiżi iservu ta’ provokazzjoni pożittiva sabiex jipprovdu lill-membri b’idejat prattiċi għad-diskussjoni fil-workshops li minnhom awgura li joħorġu suġġerimenti fattibbli li fuqhom l-Onorevoli Vassallo ikun jista’ jwettaq pjan ta’ azzjoni għall-ġid tal-koperattivi.
3.1 Firxa tal-Koperattivi Maltin:
L-iStatistika fuq il-Moviment tal-Koperattivi turi li l-Moviment huwa b’saħħtu, varjat u dinamiku ħafna aktar milli jaħsbu xi wħud. Il-moviment tal-Koperattivi wahdu ilahhaq turnover annwali ta’ il-fuq minn Lm25 miljun.
Settur |
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en