Left arrow Go Back

Koperattivi - "Koperattive Mod Iehor ta' Kif Isir In-Negozju"

PR0791REP
Date Icon 29/05/2007

1.0 Introduzzjoni:

Is-soċjetajiet koperattivi f’Malta ilhom jeżistu mis-sena 1947.  L-ewwel ma ġew iffurmati kienu koperattivi agrikoli u warajhom dawk tas-sajd.  Ilum f’Malta hawn 59 koperattiva li bejniethom imissu l-firxa kollha ta’ l-attivita’ ekonomika Maltija mill-biedja u sajd sas-servizzi finanzjarji.  Minkejja diffikultajiet kbar u żminijiet diffiċli, l-Moviment Koperattiv Malti baqa’ jissaħħaħ matul iż-żmien u huma ħafna dawk il-koperattivi li qegħdin jitmexxew b’suċċess kemm ekonomiku u kemm soċjali. 

2.0 Principji ta’ Koperattivi: 

Is-seba’ prinċipji li jiffurmaw il-bażi tal-Moviment Kooperattiv fid-dinja kollha huma: 

1)Sħubija miftuħa u volontarja,
2)Kontroll demokratiku tal-membri,
3)Partiċipazzjoni ekonomika tal-membri,
4)Awtonomija u indipendenza,
5)Dritt għall-informazzjoni, taħriġ u edukazzjoni,
6)Kooperazzjoni bejn il-Koperattivi, u
7)Għajnuna lill-komunita’.

Dawn il-prinċipji huma ta’ importanza kbira li, meta jiġu osservati kif suppost, għandhom jikkontriwixxu mhux ftit għas-suċċess ekonomiku u soċjali ta’ kull soċjeta’ koperattiva.  Sfortunatament dan mhux dejjem jiġri, u għalhekk insibu koperattivi bi problemi, bħal tmexxija mhux professjonali, piki fierħa bejn il-membri u nuqqas serju ta’ taħriġ.  Ta’ min jinnota li l-koperattivi tal-ħaddiema iħaddnu spirtu koperattiv aktar b’saħħtu minħabba l-fatt li kull membru ta’ dawn il-koperattivi jifhem l-importanza tas-solidarjeta’ reċiproka u li l-ġid jitkattar biss billi kullħadd jiġbed ħabel wieħed. 

3.0 Ħtieġa ta’ Analiżi SWOT:

Dan l-SWOT Analysis huwa maħsub sabiex ikunu identifikati l-problemi li qed jiffaċċjaw il-koperattivi Maltin, kif ukoll suġġerimenti ta’ x’għandu jsir sabiex jinħoloq ambjent aħjar għan-negozju. 

Ghalhekk dan l-iSWOT Analysis l-istudju xjentifiku li kien sar mill-koperattiva Outlook fis-sena 2001, iżda fuq bażi volontarja fejn kull koperattiva ħarset b’mod ġenerali lejn iċ-ċirkostanzi tagħha u kummentat fuqhom.  

Minkejja dan ir-riżultati ta’ l-analiżi iservu ta’ provokazzjoni pożittiva sabiex jipprovdu lill-membri b’idejat prattiċi għad-diskussjoni fil-workshops li minnhom awgura li joħorġu suġġerimenti fattibbli li fuqhom l-Onorevoli Vassallo ikun jista’ jwettaq pjan ta’ azzjoni għall-ġid tal-koperattivi. 

3.1 Firxa tal-Koperattivi Maltin: 

L-iStatistika fuq il-Moviment tal-Koperattivi turi li l-Moviment huwa b’saħħtu, varjat u dinamiku ħafna aktar milli jaħsbu xi wħud. Il-moviment tal-Koperattivi wahdu ilahhaq turnover annwali ta’ il-fuq minn Lm25 miljun. 

Settur

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow