Left arrow Go Back

Jitnieda pjan ta’ azzjoni għat-tisħieħ tal-Moviment tal-Koperattivi f’Malta

PR0791
Date Icon 29/05/2007

Permezz ta’ kolloborazzjoni bejniethom, in-negozji li jagħmlu parti minn koperattiva qegħdin isibu bosta vantaġġi fl-attivita’ kummerċjali tagħhom.  Il-Gvern huwa mpenjat li jgħin aktar negozju jikkunsidraw il-vantaġġ li jingħaqdu f’koperattiva.  Il-koperattivi huma mod ieħor ta’ kif isir in-negozju u ser inkunu qegħdin naħdmu flimkien ma’ l-assoċjazzjonijiet tal-koperattivi biex flimkien intejjbu l-ħidma tal-koperattivi.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan fit-tmiem ta’ laqgħa ta’ diskussjoni ma’ rappreżentanti ta’ koperattivi li fiha ġie diskuss pjan ta’ azzjoni għall-koperattivi. 

“Aktar kmieni din is-sena bħala Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed organizzajna konferenza nazzjonali li għaliha ġew mistiedna rappreżentanti mill-koperattivi kollha.  Waqt il-konferenza sar SWOT analysis fuq il-koperattivi, u wara riċerka li saret fuq ir-riżultati li ħarġu minn din l-analiżi, illum qegħdin inniedu pjan ta’ azzjoni għall-koperattivi.  Minkejja l-perċezzjoni ta’ spiss żbaljata fost il-pubbliku in ġenerali, l-Moviment Koperattiv Malti m’huwiex dgħajjef, iżda jista’ jiftaħar b’ħafna punti ta’ forza li, jekk wieħed jaraf jisfruttahom tajjeb, jista’ jagħmel mill-Moviment forza ekonomika u soċjali qawwija ħafna kif ġara f’ħafna pajjiżi fl-Ewropa u madwar id-dinja.  Fil-fatt, l-istatistika fuq il-Moviment tal-Koperattivi turi li l-Moviment huwa b’saħħtu, varjat u dinamiku.  Il-moviment tal-Koperattivi waħdu ilaħħaq turnover annwali ta’ ‘il fuq minn Lm25 miljun (€58)” kompla s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Settur

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow