ID-DIVIŻJONI TAS-SAĦĦA TWIEĠEB LILL-UHM DWAR IL-PHARMACY OF YOUR CHOICE (POYC)
B’riferenza għall-istqarrija maħruġa mill-UHM dwar azzjonijiet industrijali mill-ispiżjara f’dak li għandu x’jaqsam mal-Pharmacy of your Choice (POYC), id-Diviżjoni tas-Saħħa tiċħad li hija qatt ‘kaxkret’ biex tiltaqa’ mal-UHM.
Il-fatti huma li fi tmiem laqgħa li kellu d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa mal-UHM fis-26 ta’ April fuq il-migrazzjoni għall-Mater Dei, huwa minn jeddu spjega lir-rappreżentanti tal-UHM kif kienet se tiġi introdotta l-POYC u assigura lill-union li dan ma kellu jkollu l-ebda impatt fuq l-impjegati fl-ispiżeriji.
Xi ġranet ilu l-UHM talbet laqgħa mad-Direttur Ġenerali dwar il-POYC u din ġiet minnufih iffissata għall-1 ta’ Ġunju. Minhabba ċirkostanzi ta’ natura urġenti, il-bieraħ il-laqgħa kellha tiġi posposta għall-11 ta’ Ġunju. Din id-data kienet aċċettatha mill-UHM.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tikkundanna l-fatt li l-UHM għażlet li tirrikorri għall-azzjoni industrijali mingħajr biss ma kellha d-diċenza tistenna biex issir il-laqgha miftiehma.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en