Inizjattvi b’riżq il-persuni b’diżabilità
Il-persuni b’diżabilità (madwar 300 persuna) se jkunu fost l-ewwel Maltin li jistgħu jużaw il-Microsoft Vista u l-Office Enterprise 2007. Din hi t-tielet darba li persuni b’diżabilità rreġistrati mal-Kummissjoni qed jingħataw l-offerta ta’ kopji liċenzjati b’xejn ta’ l-aħħar ġenerazzjoni ta’ software tal-Microsoft.
Dan tħabbar mill-Ministru Austin Gatt f’konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn fiha tħabbar ukoll li l-ewwel benefiċċjarji ta’ l-inizjattiva PC Refurbishment Program, marbuta mal-kuntratt il-ġdid ta’ kif il-Gvern jikri kompjuters għad-Dipartimenti u għall-iskejjel, se jkunu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fis-settur tad-dizabilita' u li l-membri taghhom huma f'pussess tal-Karta ta' l-Identita' Specjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Dizabilita’. Dan qed isir sabiex persuni b'diżabilità li s’issa ma setgħux jaffordjaw li jużaw kompjuter ikunu fost l-ewwel li jirċevuhom.
Meta kien qed jitkellem dwar is-software tal-Microsoft, il-Ministru Gatt qal li dawn il-prodotti għandhom valur fis-suq ta’ ‘l fuq minn Lm300 u għandhom sensittività partikolari għall-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabilità. Fil-fatt il-Vista u l-Office 2007 għandhom features speċjalizzati li jassiguraw aktar inklużjoni fl-użu tat-teknoloġija.
Il-Ministru Gatt spjega li l-programm biex ngħelbu l-firda diġitali jrid jassigura li ebda individwu u ebda grupp vulnerabbli ma jkun żvantaġġjat milli jkollu aċċess għat-teknoloġija. F’dan il-kuntest il-programm tal-PC refurbishment hu l-aħħar pass fil-programm biex negħlbu l-barriera diġitali tal-prezz. Huwa spjega li torħos kemm torħos it-teknoloġija se jkun hemm dejjem setturi li ma jistgħux iħallsu biex jużaw it-teknoloġija … u minħabba l-bżonnijiet partikolari tagħhom, spiss dan jinkludi lill-familji li jinkludu persuni b’diżabilità.
Minn naħa tiegħu, ic-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità Joe Camilleri fisser l-importanza tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni għall-persuni b’diżabilità kemm bħala ċavetta għall-edukazzjoni kif ukoll bħala ċavetta għall-impjiegi.
Huwa tenna s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra ser ikunu minn ta’ l-ewwel li jibbenefikaw mis-software u kif ukoll mill-inizjattiva tal-PC Refurbishment programme, fejn kif tħabbar mill-Ministru Austin Gatt, għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fis-settur tad-dizabilita' u li l-membri tagħhom huma f'pussess tal-Karta ta' l-Identita' Specjali maħruġa mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità ser ikunu l-ewwel li jibbenefikaw.
Sadanittant, aktar kmieni, l-Ministru Austin Gatt irringrazzja l-appogg tal-Maltacom u l-HSBC Cares for Children Fund, li ppartecipaw fl-iskema tas-software il-gdid li qed jigi offrut lill-Maltin. Min naha tieghu Josef Camilleri, Head of Corporate Social Responsibility ta' l-HSBC Bank Malta p.l.c., tenna li t-teknologija llum hija wahda mill-ghodod bazici fit-tixrid tat-taghlim u fl-izvilupp ta' socjeta' ibbazata fuq l-informazzjoni u l-innovazzjoni. Camilleri tenna li l-HSBC jemmen fl-importanza li t-teknologija tkun dejjem accessibli ghall-kulhadd b'mod partikolari l-istudenti Maltin fi skorz biex tkun dejjem kumbattuta l-qasma digitali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en