Left arrow Mur Lura

Skolasajf - Programm Kreattiv għall-Istudenti

PR0783
Date Icon 28/05/2007

Madwar 4,000 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-knisja, u indipendenti  jipparteċipaw fi Skolasajf. Jieħdu sehem ukoll madwar 300 studenti Universitarji li qed isegwu korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala ko-ordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.   

Is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjon, Żgħażagħ u Xogħol, is-Sur Francis Borġ, nieda t-tnax-il edizzjoni tal-programm Skolasajf. Il-programm Skolasajf joffri l-opportunità lil studenti li jkollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv ikunu qed jilagħbu u jitgħallmu ma’ sħabhom.  Skolasajf toffri wkoll l-opportunità lill-ġenituri ta’ l-istudenti, speċjalment dawk li jaħdmu, biex fil-ħinijiet tax-xogħol ikunu moħħhom mistrieħ dwar x’qed jagħmlu t-tfal. 

Skolasajf 2007 se tiftaħ il-bibien tagħha bejn it-Tnejn 16 ta’ Lulju u t-Tnejn 10 ta’ Settembru 2007, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri tas-Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi.  

Il-Ministru Galea qal li t-tema magħżula għal din is-sena hija “L-ewro tagħna wkoll”. Se niffukaw fuq l-oqsma ta’ Informazzjoni, Parteċipazzjoni u Ħbiberija. 

Tfal li jattendu l-iskola bl-għajnuna tal-‘facilitator’ se jkollhom dan is-servizz ukoll għall-Programm Skolasajf filwaqt li dawk it-tfal li jattendu l-iskejjel speċjali se jkollhom programmi apposta. 

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk l-istudenti li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz ta’ l-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn l-istudenti jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni. 

L-applikazzjonijiet għal Skolasajf jistgħu jinkisbu mill-iskejjel Primarji jew inkella minn fuq il-website tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni www.education.gov.mt.  L-applikazzjonijiet għandhom jaslu fl-iskejjel fejn t-tfal ikunu se jattendu, sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Ġunju.  Hemm ħlas nominali ta’ Lm5.00c (€11.65) għal kull tifel jew tifla. 


Informazzjoni Dwar il-Programm Skolasajf 2007 

L-iskopijiet ewlenin ta’ Skolasajf (Skejjel Primarji) huma: 

·        Li joffri lill-istudenti tar-raba’, l-ħames u s-sitt klassi ta’ l-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.

·        Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors tagħhom, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħal ma jkunu matul is-sena skolastika.

·        Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.

PROGRAMM TA’ SKOLASAJF 2007  

Seminars għall-Ko-Ordinaturi kollha

Is-seminars għall-Ko-Ordinaturi jservu bħala preparazzjoni u ko-ordinazzjoni bejn il-Proġetti Speċjali kollha. Is-Seminars huma maqsuma wieħed għall-ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni u l-ieħor għall-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni. Is-Seminar tal-Ko-Ordinaturi ta’ l-Ewwel Sessjoni ser isir nhar il-Ħamis 12 ta’ Lulju 2007 ġewwa l-NCC. F’dan is-Seminar jingħataw dettalji dwar il-Programmi Speċjali ta’ Skolasajf għal-din is-sena kif ukoll dwar t-tmexxija ta’ dawn il-Programmi. Is-Seminar għal-Ko-Ordinaturi tat-Tieni Sessjoni ser issir nhar it-Tlieta 7 t’Awissu 2007.  

Programm għall-iSkejjel Primarji

Il-Programm ta’ ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali. 

“Inħobb Nilgħab” Weetabix Fun Games Festivals

Matul l-ewwel gimgħat ta’ Skolasajf ser isiru attivitajiet reġjonali bejn 5 / 6 Ċentri fuq bażi eliminatorja. Dawk iċ-ċentri li jikkwalifikaw minn din il-fażi, jikkompetu f’attivita’ Nazzjonali fl-aħħar tas-sajf waqt il-Fieramaratona.  

Kwiżż dwar l-ewro

Iċ-Ċentri ser jieħdu sehem fi kwizz dwar il-munita ewro. Is-suġgetti ser ikunu varjati b’tali mod u manjiera li l-mistoqsijiet se jkomplu jgħolli l-ħiliet tat-tfal.   

Kunsilli ta’ l-Istudenti waqt Skolasajf

Kull Ċentru ta’ Skolasajf qed jiġi mħeġġeġ biex iwaqqaf kunsill ta’ l-istudenti li jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom.     

Programmi Speċjali fl-iskejjel

Dawn il-programmi jinkludu:

·        Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa.

·        Programm ta’ Prevenzjoni mill-Caritas

·        Healthy Breakfast Days

·        Ħarsien ta’ l-Annimali

·        Żjarat – Radju ta’ l-Universita’ - CAMPUS FM

·        Drama

·        Nature Trust

·        Fondazzjoni Wirt Artna

·        Heritage Malta

Kull student se jipparteċipa f’xi wieħed/jew aktar  minn dawn il-programmi. 

Programm għall-iskejjel speċjali

Il-Programm ta’ Skolasajf ser jiġi offrut ukoll f’dawn l-Iskejjel Speċjali.

Hellen Keller-            Qrendi
San Miguel-            St. Andrews
Guardian Angel-            Ħamrun
Dun Manwel Attard-           Wardija
Profs Guze Aquilina Special Unit-           Sannat

Fieramaratona

Kif isir kull sena Skolasajf tagħlaq bil-“Fieramaratona” li ser issir bejn l-Erbgħa 5 ta’ Settembru u l-Ħadd 9 ta’ Settembru 2007, fil-Liceo tal-Bniet Maria Regina l-Blata l-Bajda.  L-għanijiet ewlenin ta’ din il-fiera huma li:

  • Tiġbor flimkien eżempji tax-xogħol tat-tfal f’wirja Nazzjonali
  • Tagħti opportunita’ lill-iskejjel li juru attivitajiet kulturali (per eżempju mima, drama, sport u kant)

Klabbsajf

L-għan ta’ dan il-programm hu li jilħaq lil dawk it-tfal li matul is-sena skolastika 2006/2007 kienu jirċievu għajnuna kumplimentari. Il-Programm Klabbsajf ser jiftaħ f’dawn iċ-Ċentri:  

Malta

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow