Left arrow Mur Lura

Oratorju biex Titfakkar il-kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ preca

PR0782
Date Icon 28/05/2007

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Ġunju l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedettu XVI ser jikkanonizza lil Dun Ġorġ Preca bħala l-ewwel qaddis Malti.

Din hi okkażjoni speċjali għal Malta, tant li eluf ta’ Maltin u Għawdxin jkunu preżenti għall-kanonizzazzjoni fil-Pjazza tal-Vatikan. 

Il-Gvern Malti, permezz tal-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, ħaseb li jfakkar din l-okkażjoni unika fl-istorja ta’ pajjiżna billi jtella’ l-Oratorju “DUN ĠORĠ!”, kitba tal-Professur Oliver Friġġieri fuq mużika tal-Professur Charles Camilleri. L-Oratorju DUN ĠORĠ! ser jittella’ fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju fit-8.30 pm u ser ikun taħt il-patroċinju distint ta’ l-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta Dr Eddie Fenech Adami. Għal din l-okkażjoni ser ikunu preżenti wkoll l-Prim Ministru l-Onor. Lawrence Gonzi u l-ET l-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona, O.P. 

“Din hi okkażżjoni ta’ ferħ kbir għall-poplu Malti u Għawdxi li l-Gvern ħass li għandna niċċelebrawha b’mod dinjituż. Aħna ħsibna li l-aħjar ċelebrazzjoni tkun il-preżentazzjoni ta’ l-Oratorio DUN ĠORĠ, kitba tal-Professur Oliver Friġġieri fuq il-mużika tal-Professur Charles Camilleri, żewġ personalitajiet li huma esperti fil-qasam tagħhom u għalhekk persuni denji li jirrappreżentaw pajjiżna bil-kitba u l-mużika tagħhom,” qal il-Ministru Zammit Dimech meta nieda dan l-Oratorju waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-Orkestra u l-Kor tal-COLLEGIUM MUSICUM ser jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Dr. Dione Buhagiar, b’Mario Bisazza bħala Leader ta’ l-Orkestra. Ser jipparteċipaw ukoll is-Sopran Claire Caruana, is-Sopran Claire Massa u t-Tenur Charles Vella Zarb. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li biex l-udjenza issegwi sew dan l-Oratorju l-Avukat Philip Farrugia Randon ġentilment aċċetta li qabel jibda l-Oratorju jirrakkonta l-istorja wara dan ix-xogħol kulturali u mużikali. Hu qal li dan minbarra li għall-okkażjoni ser jiġi ppubblikat ktejjeb li ser jinkludi l-Oratorju bil-Malti u bl-Ingliż. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li għas-Soċjetà tal-MUSEUM din kienet okkażjoni kbira. Is-Soċjetà għat-Tagħlim Nisrani f’Malta din is-sena tagħlaq 100 sena mit-twaqqif tagħha. Hu qal li oriġinarjament l-Oratorju kien ser jittella’ biex jitfakkar dan l-avveniment. Hu qal li wara l-aħbar li Dun Ġorġ kien ser jiġi kanonizzat ġie deċiż li l-Oratorju jfakkar din il-kanonizazzjoni. Hu qal li l-kanoninazzjoni żżid ma’ l-importanza tal-100 anniversarju, għaliex li l-fundatur tas-Soċjetà tal-MUSEUM jiġi kanonizzat f’għeluq il-100 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà li hija marbuta ma’ ismu, huwa l-akbar rigal li seta’ jingħata lis-Soċjetà tal-MUSEUM għal din l-okkażjoni. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ħabbar ukoll li biex ħadd ma jibqa’ diżappuntat il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura kien ħaseb li jirrepeti l-Oratorju DUN ĠORĠ!  nhar  il-Ħadd 17 ta’ Ġunju fit-8.00 pm fejn kull min irid jattendi ikun jista’ jagħmel hekk.  

Il-Ministru Zammit Dimech tenna li l-poplu Malti kellu għaliex jirringrazzja ’l Alla ta’ dan ir-rigal kbir li tana, feraħ lis-Soċjetà tal-MUSEUM f’din l-okkażjoni storika u  awgura lill-poplu Malti u Għawdxi kollu biex jiċċelebra l-ewwel Qaddis ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow