Left arrow Go Back

Tisħiħ ta’ l-isport tat-tixbit

PR0778
Date Icon 26/05/2007

“Hemm potenzjal li s-suq  ta’ l-isport tat-tixbit jikber b’madwar 8,000 persuna fis-sena, li ma jinkludux qraba u ħbieb. Is-swieq ewlenin ta’ pajjiżna, speċjalment l-Ġermanja u Franza, huma swieq potenzjali għat-tixbit minħabba t-temp u inħawi mill-isbaħ ta’ tixbit.” 

Dan ħabbru l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta indirizza lill-istampa f’Wied Babu, limiti taż-Żurrieq, fejn inawgura l-ewwel fażi ta’ proġett ta’ titjib għal siti ta’ tixbit mal-blat. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-isport hu waħda min-niċeċ importanti tas-settur turistiku f’pajjiżna. Hu qal li din in-niċċa tiġbor kull dixxiplina ta’ sport l-akbar waħda dik ta’ l-għadds li qed tiġi żviluppata dejjem aktar biex iżjed viżitaturi jżuru pajjiżna għaliha. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li pajjiżna m’għandhux biss postijiet storiċi u wirt storiku u kulturali mill-aqwa iżda għandhu wkoll ġmiel naturali li jħabbatha ma’ dak ta’ pajjiżi ferm akbar minnha. Hu qal li l-potenzjal ta’ tixbit mal-blat kien hemm u għalhekk l-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta flimkien ma’ għaqdiet volontarji kienu qed jagħmlu ħilithom biex itejjbu l-faċilitajiet għal dan l-isport li jista’ jiġi pprattikat fil-widien u fl-irdumijiet ta’ pajjiżna biex hekk it-turist ikun jista’ jesplora aħjar pajjiżna. 

“M’hemmx dubju li biex dawn in-niċeċ ikomplu jespandu, u jattiraw aktar turisti, iridu jsiru nterventi biex jitjiebu l-faċilitajiet. Ħames siti f’Malta u tnejn  f’Għawdex ġew identifikati għall-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. L-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta qed tgħin għal din il-fażi biex primarjament inxtraw boltijiet li qed jitqiegħdu f’posthom minn voluntiera tal-Malta Rock Climbing Club,” tenna l-Ministru Zammit Dimech. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta qed tħares lejn li jiġu identifikati wkoll siti ġodda u jissebbħu dawk eżistenti. Hu qal li l-MTA qed ukoll tniedi guide book tas-siti ta’ tixbit mal-blat f’Malta li se jitqassam fost clubs internazzjonali ta’ tixbit mal-blat. 

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fl-isforz li qed isir biex jitjieb il-prodott turistiku li qed joffri pajjiżna skond il-Pjan Nazzjonali tat-Turiżmu is-siti tat-tixbit kienu ingredjent importanti li ridna nkomplu nespandu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow