APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PASSAPORTI
B’effett immedjat dawk il-persuni kollha, ’l fuq minn 18-il sena, li jkunu ser iġeddu l-passaport – jiġifieri l-ewwel passaport ikun skada u jinħtieġilhom jagħmlu wieħed ġdid, mhux ser tibqa’ l-ħtiega tar-recommender.
Sal-lum kien assolutament meħtieg li ma’ kull applikazzjoni, kemm l-ewwel waħda u dawk ta’ wara, għall-passport, kellha tkun iffirmata minn persuna ta’ ċertu kariga jew professjoni, fejn kien jiġi dikjarat li kienet taf lill-applikanti għal ta’ l-anqas sentejn. Issa din il-ħtiega ta’ recommender qed titneħħa biss fil-kaz ta’ tiġdid ta’ passaport.
Hawn wieħed irid jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li flok il-firma tar-recommender l-applikazzjoni trid tkun akkompanjata bil-karta ta’ l-identita’ valida meta l-applikazzjoni tittieħed l-Uffiċċju tal-Passaport. Irid ukoll jiġi preżentat il-passaport li jkun skada jew ser jiskadi. Kull persuna li tonqos li tagħmel dan ma jkollhiex dritt li tapplika u tintalab dawn iż-żewġ dokumenti qabel ma tiġi aċċettata l-applikazzjoni.
Fil-kaz li wieħed jagħmel l-applikazzjoni biex iġedded il-passaport bil-posta, allura kemm il-passaport li jkun ser jiskadi jew skadut u l-karta ta’ l-identita’ iridu jiġu preżentati meta jkun ser jinġabar il-passaport mill-istess persuna li tkun għamlet it-talba għall-passaport gdid. Jekk persuna tonqos li tippreżenta dawn iż-żewġ dokumenti ma tingħatax il-passaport ġdid qabel tippreżenta l-passaport skadut jew li jkun ser jiskadi (biex jiġi kanċellat) u l-karta ta’ l-identita’ li trid tkun waħda valida.
Il-ħtieġa ta’ recommender tal-firma tal-ġenituri jew tutur kull darba li ssir applikazzjoni għall-passaport għal persuna taħt it-18-il sena sejra tibqa’, kif ukoll tibqa’ l-ħtieġa li passaport tal-minorenni jrid jinġabar minn wieħed mill-ġenituri jew mit-tutur.
F’kaz ta’ diffikulta’ persuna għandha ċċempel lill-Uffiċċju tal-Passaport fuq freephone8007 2386u jiġi spjegat lilha f’aktar dettal dan it-tibdil li ser jagħmilha aktar faċli li persuna takkwista passaport ġdid, meta l-ewwel wieħed ikun skada. Jista’ jsir kuntatt ukoll fuq e-mail: civil.registration@gov.mt
Fl-aħħarnett tajjeb li wieħed jerġa’ jfakkar li passaport jinħareġ mhux aktar kmieni minn erbat ijiem ta’ xogħol wara li tkun waslet l-applikazzjoni l-Uffiċċju tal-Passaport, kemm f’Malta kif ukoll Għawdex. Wieħed jista’ wkoll japplika permezz tal-posta jew on line basta li fil-każ ta’ on line persuna jkollha l-e-I.D. Applikazzjoni on line qatt ma hemm il-ħtiega ta’ recommender.
Ħinijiet tal-ftuh ta’ l-Uffiċċji tal- Passaporti, f’Malta u Għawdex, huma kif ġej:
MALTA
Xitwa: 1 ta’ Settembru -15 ta’ Ġunju. Sajf: 16 ta’ Ġunju - 31 ta’ Awissu
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:30 -14:00 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:30 -14:30
15:00 -16:15
| Nhar ta’ Erbgħa: | 07:30 - 14:00 Nhar ta’ Erbgħa: 07:30 -14:30 |
| 15:00 -18:00 | 15:00-18:15 |
| Nhar ta’ Sibt: | 07:30 -11:00 Nhar ta’ Sibt: 07:30 -11:00 |
GĦAWDEX
Xitwa: 1 ta’ Settembru - 15 ta’ Ġunju. Sajf:16 ta’ Ġunju - 31 ta’ Settembru
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:45 -11:30 Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:30 -13:30
13:30 -16:00
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en