FILMAT FUQ DVD DWAR IL-BEATU ĠORĠ PRECA
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni għadu kif ħareġ filmat uniku fuq DVD dwar l-aħħar tislima li kienet ingħatat lil Dun Ġorġ Preca f’Lulju ta’ l-1962.
Il-filmat huwa dokumentarju storiku li d-DOI kien ipproduċa għax-xandir fuq it-televiżjoni nazzjonali. Fiħ jispikka fuq kollox is-sens ta’ telfa li kien ħass il-poplu Malti mal-mewt ta’ dan il-qassis maħbub li fi ftit ġranet oħra ser jiġi kkanonizzat.
Id-dokumentarju joffri wkoll opportunità tajba biex wieħed josserva diversi aspetti tal-ħajja Maltija fil-bidu tas-snin sittin, bħalma huma ilbies, użanzi, bini, toroq u ħwienet. Juri wkoll persunaġġi magħrufa li ħafna minnhom m’għadhomx magħna.
Dan il-filmat huwa l-ewwel wieħed li ġie diġitizzat minn pellikola ta’ 16 mm, bħala parti mill-proġett tad-DOI li jikkonserva u jaqleb għal format diġitali l-filmati arkivjati tiegħu li jmorru lura għal qabel is-snin sittin. Huwa għalhekk ta’ sodisfazzjoni għad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni li nieda dan il-proġett b’filmat dwar dan il-Qaddis Malti.
Id-DVD ġie ppreżentat illum lill-ET Mons Arċisqof Pawl Cremona.
Kopji jistgħu jinxtraw mid-DOI Sales Office, 3 Misraħ Kastilja, Valletta, Banca Giuratale, Rabat Għawdex, u Librerija Preca, Blata-l-Bajda, għall-prezz ta’ Lm2 (€4.66) l-waħda.
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en