Left arrow Mur Lura

Eżerċizzju ta’ branding għall-kommunitajiet kummerċjali

PR0765
Date Icon 25/05/2007

“Il-Gvern hu impenjat li jara t-tisħieħ ta’ l-attivita’ kummerċjali fl-ibliet u l-irħula tagħna.  Filwaqt li qiegħda ssir ħidma biex il-Belt Valletta tkun ċentru kummerċjali li jixraq lil dan il-pajjiż, daqshekk ieħor qiegħda ssir ħidma f’diversi bliet u rħula li għandhom attivita’ kummerċjali.  Din il-ħidma l-Gvern irid iwettaqha wkoll flimkien mal-Kunsilli Lokali.  Biex din il-ħidma tkun suċċess, il-Kunsilli Lokali jridu jifhmu din il-prijorita’ li għandu l-Gvern.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, qal dan waqt laqgħa ma’ numru ta’ kunsilliera responsabbli mill-attivita’ kummerċjali fil-lokalita’.

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo spjega li “diġa beda jsir eżerċizzju ta’ branding ta’ diversi bliet u rħula bħala ċentri kummerċjali, iżda fix-xhur li ġejjin din il-ħidma ser tkompli tissaħħaħ.  Issa ser inkunu qegħdin inwaħħlu numru ta’ tabelli f’ċertu lokalitajiet li juru l-attivita’ kummerċjli li ssir fil-lokalita’ partikolari.  Xahrejn ilu konna ppubblikajna fuljetti li juru ċ-ċentri kummerċjali f’Malta u Għawdex.  Dan kien l-ewwel pass f’dan l-eżerċizzju ta’ branding.  Il-pass li jmiss ser ikunu dawn it-tabelli, li għandhom jgħinu biex jagħtu identita’ kummerċjali aktar ċara lil kull lokalita’. Minbarra dan ser inkunu qegħdin nippubblikaw ukoll direttorju bid-dettalji tan-negozji kollha li jinsabu f’kull lokalita’.  Aħna diġa wettaqna eżerċizzju simili f’numru ta’ żoni industrijali, fejn ippubblikajna direttorju b’informazzjoni dwar in-negozji li jinsabu f’dawn iż-żoni.  Issa rridu nagħmlu l-istess għall-ibliet u l-irħula, biex b’hekk ikollna direttorju ta’ l-attivita’ kummerċjali f’lokalitajiet differenti,” kompla jispjega s-Segretarju Parlamentari Vassallo. 

“L-attivita’ kummerċjali żżid il-‘value added’ fil-lokalita’.  Fl-2004, statistika maħruġa mill-NSO wriet li fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex kien hemm 37,792-il unit kummerċjali b’valur miżjud ta’ LM1.1m (€2.6m).  Għaldaqstant, aħna ser inkunu qegħdin naħdmu biex inkomplu ngħinu l-attivita’ kummerċjali fil-lokalitajiet kollha, biex b’hekk intejjbu dejjem aktar il-valur miżjud u nkabbru l-ekonomija Maltija,” temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow