Malta eletta f’Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali
Malta kienet eletta fost 30 pajjiiż biex jiffurmaw il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha terminu ta’ sitt snin.
L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzzjonijiet Uniti nhar it-Tlieta li għadda ħatret din il-Kummissjoni li fiha, flimkien ma’ Malta hemm ukoll Franza, il-Ġermanja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada, l-Armenia, Bahrain, Benin, il-Bolivia, il-Bulgarija, l-Cameroon, iċ-Ċile, l-Eġittu, El Salvador, il-Greċja, il-Honduras, il-Latvja, l-Malasja, l-Messiku, il-Marokk, Namibja, n-Norveġja, il-Korea ta’ Fuq, ir-Russja, Senegal, Singapore, l-Afrika t’Isfel, Sri Lanka, l-Ingilterra u l-Irlanda taq’ Fuq.
Il-Kummissjoni, magħrufa bħala UNCITRAL twaqqfet fl-1966 b’mandat li tkompli tarmonizza u tgħaqqad il-liġijiet dwar il-kummeċ internazzjonali. Minn dakinhar ‘l hawn il-Kummissjoni ppreparat numru konsiderevoli ta’ Konvenzjonijiet, liġijiet u strumenti legali oħra li jirregolaw transazzjonijiet kummerċjali jew aspetti oħra tal-liġijiet kummerċjali li għandhom impatt fuq il-kummerċ internazzjonali.
Il-Kummissjoni tiltaqa’ kull sena darba fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York u darba fi Vjenna. Hi għandha sitt gruppi li jħejju xogħol preparatorju qabel kull sessjoni tal-Kummissjoni. Il-gruppi jagħmlu xogħol ta’ arbitraġġ jew rikonċiljazzjoni internazzjonali, il-liġi dwar it-trasport, il-kummerċ elettroniku u aspetti oħra tal-kummerċ internazzjonali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en