Left arrow Go Back

Malta eletta f’Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali

PR0763
Date Icon 24/05/2007

Malta kienet eletta fost 30 pajjiiż biex jiffurmaw il-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Kummerċ Internazzjonali.  Il-Kummissjoni għandha terminu ta’ sitt snin. 

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzzjonijiet Uniti nhar it-Tlieta li għadda ħatret din il-Kummissjoni li fiha, flimkien ma’ Malta hemm ukoll Franza, il-Ġermanja, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada, l-Armenia, Bahrain, Benin, il-Bolivia, il-Bulgarija, l-Cameroon, iċ-Ċile, l-Eġittu, El Salvador, il-Greċja, il-Honduras, il-Latvja, l-Malasja, l-Messiku, il-Marokk, Namibja, n-Norveġja, il-Korea ta’ Fuq, ir-Russja, Senegal, Singapore, l-Afrika t’Isfel, Sri Lanka, l-Ingilterra u l-Irlanda taq’ Fuq. 

Il-Kummissjoni, magħrufa bħala UNCITRAL twaqqfet fl-1966 b’mandat li tkompli tarmonizza u tgħaqqad il-liġijiet dwar il-kummeċ internazzjonali.  Minn dakinhar ‘l hawn il-Kummissjoni ppreparat numru konsiderevoli ta’ Konvenzjonijiet, liġijiet u strumenti legali oħra li jirregolaw transazzjonijiet kummerċjali jew aspetti oħra tal-liġijiet kummerċjali li għandhom impatt fuq il-kummerċ internazzjonali. 

Il-Kummissjoni tiltaqa’ kull sena darba fil-kwartieri ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York u darba fi Vjenna.  Hi għandha sitt gruppi li jħejju xogħol preparatorju qabel kull sessjoni tal-Kummissjoni.  Il-gruppi jagħmlu xogħol ta’ arbitraġġ jew rikonċiljazzjoni internazzjonali, il-liġi dwar it-trasport, il-kummerċ elettroniku u aspetti oħra tal-kummerċ internazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow