Left arrow Mur Lura

stqarrija mill-ministeru għall-familja u solidarjeta’ socjali dwar il-benefiċċju ta’ l-enerġija

PR0762
Date Icon 24/05/2007

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali jixtieq jagħti aktar tagħrif lill- pubbliku dwar il-benefiċċju ta’ l-enerġija biex jagħmel tajjeb għall-informazzjoni żbaljata li qed toħroġ minn kelliema ta’ l-Oppożizzjoni.  

Il-Gvern preżenti kien, għadu u jibqa’ impenjat lejn il-poplu kollu u dejjem sab il-mezzi biex jgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn. Meta fl-2005  kien daħal is-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma, il-Gvern mill-ewwel iddeċieda li bħala miżura temporanja tiġi estiża l-iskema li kien hemm oriġinarjament u li kienet tkopri biss ir-rebates fuq il-kera tal-meters tad-dawl u l-ilma. Minn din l-iskema kienu qed igawdu madwar 13,000 familja. 

Issa din l-iskema evolviet f’Benefiċċju ta’ l-Enerġija fejn il-benefiċċjarji żdiedu minn 13,000 għal 30,000, kif ukoll il-Gvern żied il-vot minn Lm 800,000 (€1,863,498) għal Lm 3.3 miljun (€7,686,932).

Għal dan il-benefiċċju l-Ministeru għamel użu minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (l-NSO) biex ħareġ l-informazzjoni għal dak li jirrigwarda l-konsum tipiku ta’ enerġija skond il-household (typical household consumption). Dan il-Ministeru kien diġà spjega pubblikament permezz ta’ diversi stqarrijiet li ħarġu qabel ma sar attiv il-benefiċċju, li dan kien ser ikun ibbażat fuq il-kompożizzjoni tal-household, id-dħul, u l-konsum.  

Il-benefiċċjarju li qed jikkonsma enerġija fil-parametri tal-konsum tipiku ser isib li l-parti tiegħu jew tagħha tas-surcharge kif ukoll il-kera fuq l-arloġġ tad-dawl u l-ilma tkun imħallsa. Dan ifisser li, jekk fid-dar il-membri kollha huma benefiċċjarji jew dipendenti fuq benefiċċjarju u qegħdin fil-parametri stabbiliti, is-surcharge fuq dan il-kont kollu ser ikun imħallas flimkien mal-kera ta’ l-arloġġ. Minn naħa l-oħra, jekk fl-istess dar ta’ benefiċċjarju jgħixu persuni li ma jikkwalifikawx għal dan il-benefiċċju u li mhumiex dipendenti fuq il-benefiċċjarju, dan ifisser li, naturalment, min ma jikkwalifikax irid iħallas il-parti tiegħu jew tagħha tas-surcharge. 

Jekk hemm min qed jaħli enerġija għaliex minn għalih li l-Gvern ser iħallas l-ispiża żejda minn but il-poplu jkun qed jagħmel ħażin u ser isib li ser ikollu jħallas għal dik l-enerġija żejda li qed jaħli. Din il-ħela mhijiex biss ta’ flus iżda fid-dinja tal-lum fejn qed nisimgħu daqshekk dwar il-problemi ta’ enerġija u l-effett li l-użu eċċessiv ta’ dan qed ikollu fuq l-ambjent, hemm bżonn li kulħadd ikun responsabbli mill-użu ta’ enerġija li jagħmel, għal benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi. 

Iżda irid jiġi iċċarrat, li min qed jieħu dan il-benefiċċju fuq bażi umanitarja, għaliex persuna fid-dar issofri minn marda jew kundizzjoni li teħtieġ użu qawwi ta’ dawl jew ilma, ma jaqax fil-kalkolu tal-konsum tipiku għaliex naturalment il-konsum tiegħu ser ikun għola min-normal. Għalhekk, is-surcharge fuq dawn il-kontijiet żgur li jitħallas kompletament.  

Il-Ministeru jrid ifakkar li fl-1998, fi żmien Gvern Laburista, il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu splodew ’il fuq u dan mhux minħabba l-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali. Jekk wieħed jikkumpara l-prezzijiet tal-kontijiet li kienu joħorġu fi żmien Gvern Laburista u l-prezzijiet li mbagħad daħħal il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista naraw li, għalkemm illum għandna s-surcharge u qed nużaw żejt aħjar għall-ambjent (u għalhekk bi prezz għola wkoll), xorta waħda l-kontijiet ta’ llum huma orħos minn dawk ta’ żmien Gvern Laburista. Irid jiġi nfakkar wkoll li fl-1998 ma kienx hemm eżenzjoni jew  għajnuna għal ħadd, ħlief għal kumpens b’mod limitat ħafna u mhux bil-quddiem, kuntrarju għal dak li qed iseħħ illum fejn il-Gvern preżenti fassal benefiċċju li bih 30,000 familji qed isibu l-appoġġ li għandhom bżonn.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow