Left arrow Mur Lura

Kors ta’ Ħsieb Kreattiv għall-Membri tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali

PR0753
Date Icon 24/05/2007

Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali bil-kollaborazzjoni ta’ The World Centre For New Thinking and Minding International organizza kors dwar il-metodoloġija ta’ ħsieb kreattiv u raġunar sistematiku tal-professur Malti Dr. Edward de Bono, għall-membri u l-istaff tiegħu.   

Il-Kumitat b’hekk ingħata l-opportunita’ jagħraf il-potenzjal kbir f’dawn l-għodda ta’ ħsieb u kif dawn jistgħu jgħinu lil kull qasam soċjali u ekonomiku f’pajjiżna.  Dan il-kors jikkumplimenta d-diskussjoni li qiegħed isegwi l-Kumitat bħalissa dwar l-ekonomija ta’ l-gћerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni.  

Iċ-Ċertifikazzjoni tal-Membri li attendew għal dan il-kors mistennija tkun preseduta mill-Professur de Bono nnifsu meta huwa mistenni jindirizza ’l Kumitat Parlamentari f’Ġunju li ġej, meta se tkompli tiġi diskussa l-ekonomija ta’ l-għerf.   

L-Onor. Clyde Puli, President tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Socjali, l-Onor. Michael Gonzi, l-Onor. Frederick Azzopardi, l-Onor. Jason Azzopardi  u l-Onor. David Aguis attendew għal dan il-kors.  Il-kors tmexxa mis-Sur Joe Woods għalliem ċertifikat f’din il-metodoloġija ta’ ħsieb. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow