Left arrow Mur Lura

Gigi D’Alessio għal kunċert f’Malta

PR0751
Date Icon 23/05/2007

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech nieda ż-żjara ta’ Gigi D’Alessio f’Malta waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fl-istabiliment “Il-Kaptan” fil-Valletta Waterfront.

Gigi D’Alessio twieled f’Napli fl-24 ta’ Frar 1967. Sa minn żgħir kien interessat fil-mużika tant li ta’ erba’ snin diġa’ kellu orgni ta’ Bontempi. Aktar tard ġie regalat fisarmonika. Ta’ 12-il sena nkiteb fil-Conservatorio di San Pietro a Majella f’Napli. Ta’ 21 sena kiseb id-diploma mill-konservatorju.

Gigi D’Alessio ppubblika diversi diski. Fl-1992 ħareġ il-kanzunetta Lasciatemi Cantare. Fis-snin ta’ wara, sena wara l-oħra, ppubblika Scivolando verso l’Alto, Dove mi porta il Cuore, Passo dopo Passo, Fuori dalla Mischia, È stato un Piacere, Tutto in un Concerto, Portami con Te, Quando la mia vita Cambierà, Il cammino dell’Età, Uno come Te, Buona Vita, Quanti Amori, Cuori in Coro u Made in Italy. D’Alessio ppubblika 12 il-album u ħadem f’żewġ films, Annarè fl-1998 u Cient’Anni fl-1999.

Gigi D’Alessio se jagħti kunċert f’Manoel Island fil-11 ta’ Awissu fejn  ser ikun akkumpanjat mill-‘band’ tiegħu. Iż-żjara tiegħu f’Malta qed tkun organizzata minn MCK Promotions.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li “ż-żjara ta’ Gigi D’Alessio f’Malta hi oħra minn sensiela ta’ attivitajiet mużikali li qed ikunu organizzati f’pajjiżna din is-sena. Malta hi destinazzjoni turistika u dawn l-attivatijiet qed jikkontribwixxu biex it-turiżmu f’pajjiżna ikun dejjem aktar orjentat lejn attivitajiet mużikali u kulturali u attivitajiet tal-massa”.

Il-Ministru qal li ma kellux dubbju li attivitajiet mużikali li fihom jipparteċipaw kantanti, l-aktar kantanti Taljani, kienu jattiraw lejn pajjiżna viżitaturi mill-Italja. “Jirriżulta li t-turiżmu mill-Italja qed jikber. Is-sena li għaddiet ġew kważi 22 fil-mija aktar mill-2005 filwaqt li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena diġa’ żaru Malta mill-Italja 33.3 fil-mija aktar turisti mill-istess perijodu tas-sena l-oħra. Illum l-Italja hi t-tielet l-aktar pajjiż li minnu jiġu turisti lejn  Malta. M’hemmx dubbju li ż-żieda fit-turiżmu mill-Italja hi l-konsegwenza naturali ta’ l-introduzzjoni ta’ rotot ġodda minn low cost carriers,” qal il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura li fakkar li l-kumpanija Taljana ‘Meridiana’ kienet qed tagħmel vjaġġi minn Bologna filwaqt li ‘Ryanair’ kienet qed ittir minn Pisa.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u l-proġetti bi sħab li qed isiru bl-għajnuna ta’ fondi mill-UE kif ukoll il-ġemellaġġi bejn lokalitajiet Maltin u Taljani kienu qed jippromwovu pajjiżna fl-Italja u jikkontribwixxu biex aktar Taljani jżuru pajjiżna.

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura irringrazzja lil MCK Promotions għall-inizjattiva tagħhom u awguralhom suċċess.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow