Left arrow Go Back

Studenti tal-Kulleġġ tal-Kottonera jitgħallmu flimkien fit-toroq u postijiet storiċi tal-Birgu

PR0745
Date Icon 21/05/2007

“Wieħed mill-vantaġġi li joħloq Kulleġġ hu li jiffaċilita t-transizzjoni bejn il-Primarja u s-Sekondarja. U din l-attività hi eżempju ta’ kif studenti primarji u dawk sekondarji qegħdin jgħixu esperjenza ta’ transizzjoni mill-primarja għas-sekondarja.” Dan qalu l-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol, Dr. Louis Galea fil-preżenza ta’ mijiet ta’ studenti li bħalissa qed jieħdu sehem f’esperjenza ta’ tagħlim li torbot flimkien ix-Xjenza u l-Istorja.

L-istudenti tas-sitt sena u seba’ sena tal-Primarji kif ukoll dawk ta’ l-ewwel Klassi tas-Sekondarja u Juniour Lyceum jagħmlu parti mill-Kulleġġ tal-Kottonera. L-iskejjel fi ħdan dan il-Kulleġġ huma l-iskejjel Primarji ta’ Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Żabbar, l-Iskola Sekondarja tas-Subien Lorenzo Gafa tal-Birgu, dik sekondarja tal-bniet Erin Serracino Inglott ta’ Bormla u l-Junior Lyceum tas-Subien Ġużeppi Despott Verdala. Ġew mistiedna wkoll jieħdu sehem l-iskejjel ta’ St. Francis, De La Salle u St. Edwards.

Kuljum, mill-21 ta’ Mejju sal-25 ta’ Mejju, l-istudenti jiltaqgħu fil-għodu ħdejn Couvre Porte. Hemmhekkjinqara’ l-bandu u jingħata l-programm li kull grupp se jkollu. Hemm allokati 7 postijiet b’kollox li fihom l-istudenti se jagħmlu esperjenza li torbot ix-xjenza ma’ l-istorja.

Wieħed minn dawn il-postijiet se jkun fih ukoll esebizzjoni ta’ xogħlijiet li ħadmu l-istudenti matul din is-sena. Il-programm jintemm bl-għoti ta’ ċertifikati lill-parteċipanti. Hu mistenni li b’kollox jipparteċipaw ma’ l-elf student. Ta’ minn isemmi li din l-idea ġiet żviluppata waqt il-laqgħat tal-Kunsill tal-Kapijiet ta’ dawn l-iskejjel immexxi mis-Sinjorina Salvina Muscat u bl-għajnuna tad-Dipartiment tax-Xjenza, fi ħdan id-Dipartiment tal-Kurrikulu.

Il-Ministru Galea fakkar li “sabiex nilħqu l-miri ta’ Lisbona rridu nagħmlu ħilitna biex ninkoraġixxu l-istudenti minn età żgħira jitgħallmu jħobbu x-xjenza. Infatti bħalissa applikajna biex inkunu nistgħu ngawdu minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea (ESF Funds) ħalli nkomplu nimmodernizzaw il-laboratorji tax-xjenza fl-iskejjel Maltin u Għawdxin. Il-gvern qed jinvesti wkoll fil-livell terzjarju fejn il-maintenance grants ta’ studenti li jagħżlu ċerti suġġetti fix-xjenza huma favorevoli.”

Biex dan kollu setgħa jseħħ kien hemm il-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu li poġġa diversi postijiet għad-dispożizzjoni tal-Kulleġġ, il-Pulizija, HeritageMalta, il-Każin tal-Banda u l-Kappillan. Kien hemm ukoll għadd ta’ sponsors fosthom il-Merlin tal-Blata l-Bajda u Smart Office Supplies Ltd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow