Left arrow Mur Lura

SKEJJEL TAS-SAJF: Il-miżati mitluba għal programmi edukattivi fis-sajf li ġej huma eżenti mit-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) - Stqarrija konġunta tal-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u tal-Ministeru tal-Finanzi

PR0740
Date Icon 18/05/2007

Il-miżati għal programmi edukattivi fil-vaganzi tas-sajf 2007, għal tfal/studenti bejn l-etajiet ta’ tlieta u sittax-il sena, offruti minn entijiet li mhumiex diġa` liċenzjati bħala skola skond l-Att dwar l-Edukazzjoni, huma eżenti mill-VAT mingħajr kreditu, kemm-il darba jiksbu ċertifikat ta’ reġistrazzjoni mill-Ministeru permezz tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni.

Biex programm jiġi reġistrat irid ikun programm tul il-vaganzi tas-sajf għal żvilupp edukattiv li jipprovdi tagħlim skond il-Kurrikulu Nazzjonali u li jkun jinkludi attivitajiet kreattivi għal tfal/studenti ta’ l-etajiet indikati.

Dawk li jmexxu l-programm għandhom ikunu jew għalliema kwalifikati jew assistenti ċertifikati tal-kindergarten, jew persuni bi grad universitarju, jew studenti ta’ l-Universita` fil-Fakulta` ta’ l-Edukazzjoni jew ta’ l-MCAST fl-Istitut għal Servizzi fil-Komunita` jew ‘facilitators’.

Kull min japplika għal reġistrazzjoni kif imsemmi aktar `l fuq, irid jassigura wkoll li l-bini ikun adattat kif jitolbu kriterji stabbiliti fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u jiddikjara li qed jidħol responsabbli għas-saħħa u s-sigurta` tat-tfal/studenti li jattendu għall-programm; sew meta l-attivitajiet isiru fil-post indikat fir-reġistrazzjoni, kif ukoll meta jsiru barra minnu.

Kull persuna li toffri programm edukattiv bħal dawk imsemmija f’din l-istqarrija għandha tinforma lill-ġenituri/kuraturi ta’ tfal/studenti b’kull miżata jew ħlas ieħor involut qabel tilqa` applikazzjonijiet.

Iċ-ċertifikat li jingħata mill-Ministeru/Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni wara l-aċċetazzjoni jkun jgħodd biss għas-sajf 2007. Formoli għar-registrazzjoni jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-Customer Care fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol u d-data ta’ l-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-15 ta’ Ġunju, 2007.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow