FTEHIM DWAR IL-LOK FEJN JARMA L-MONTI TAL-BELT VALLETTA
Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, l-Onor. Austin Gatt u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Kummerċ u l-Kompetittività, l-Onor. Edwin Vassallo, illum iffirmaw il-ftehim meħmuż mal-President u s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM f’isem il-bejjiegħa tal-Monti.
Il-Gvern jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-bejjiegħa tal-Monti issa qablu li jirrilokaw b’mod permanenti għas-sit identifikat fid-dokument konsultattiv li ppubblika l-Gvern dwar dan is-suġġett f’Lulju 2005. Għalhekk il-Monti sejjer jersaq żewġ kantunieri ‘l isfel u b’hekk ma jostakolax l-attività kummerċjali importanti l-oħra tal-ħwienet.
Il-ftehim jaħseb biex il-Monti jarma bil-qisien stabbiliti mil-liġi u b’bankarelli ġodda magħmula apposta u ffinanzjati mill-Gvern, biex jassiguraw titjib sostanzjali fid-dehra tal-Monti tal-Belt.
Dan hu riżultat importanti li jagħti aktar valur lill-investiment qawwi li qed jagħmel il-Gvern fil-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti u fil-ħolqien ta’ żona pedonali fiċ-ċentru tal-Belt.
In vista ta’ dan il-qbil fuq is-sit permanenti, il-Gvern qabel li sakemm ikun għaddej ix-xogħol quddiem is-Suq tal-Belt, il-Monti jarma f’Misraħ il-Ħelsien iżda jmur fis-sit permanenti malli jingħata l-konkos. Hu maħsub li l-Monti jibda jarma quddiem is-Suq mis-7 ta’ Ġunju 2007.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en