Left arrow Go Back

FTEHIM DWAR IL-LOK FEJN JARMA L-MONTI TAL-BELT VALLETTA

PR0738
Date Icon 18/05/2007

Il-Ministru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, l-Onor. Austin Gatt u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Kummerċ u l-Kompetittività, l-Onor. Edwin Vassallo, illum iffirmaw il-ftehim meħmuż mal-President u s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM f’isem il-bejjiegħa tal-Monti.

Il-Gvern jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-bejjiegħa tal-Monti issa qablu li jirrilokaw b’mod permanenti għas-sit identifikat fid-dokument konsultattiv li ppubblika l-Gvern dwar dan is-suġġett f’Lulju 2005.  Għalhekk il-Monti sejjer jersaq żewġ kantunieri ‘l isfel u b’hekk ma jostakolax l-attività kummerċjali importanti l-oħra tal-ħwienet.

Il-ftehim jaħseb biex il-Monti jarma bil-qisien stabbiliti mil-liġi u b’bankarelli ġodda magħmula apposta u ffinanzjati mill-Gvern, biex jassiguraw titjib sostanzjali fid-dehra tal-Monti tal-Belt.

Dan hu riżultat importanti li jagħti aktar valur lill-investiment qawwi li qed jagħmel il-Gvern fil-pavimentar ta’ Triq il-Merkanti u fil-ħolqien ta’ żona pedonali fiċ-ċentru tal-Belt.

In vista ta’ dan il-qbil fuq is-sit permanenti, il-Gvern qabel li sakemm ikun għaddej ix-xogħol quddiem is-Suq tal-Belt, il-Monti jarma f’Misraħ il-Ħelsien iżda jmur fis-sit permanenti malli jingħata l-konkos. Hu maħsub li l-Monti jibda jarma quddiem is-Suq mis-7 ta’ Ġunju 2007.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow