IL-PRESIDENT TA’ MALTA JILTAQA’ MA’ L-GĦAQDIET VOLONTARJI FIL-GĦARGĦUR
Waqt laqgħa li kellu ma’ l-għaqdiet volontarji fil-Għargħur, il-President ta’ Malta, Eddie Fenech Adami qal li dawn l-għaqdiet jirriflettu kemm fir-raħal hawn spirtu ta’ komunita’.
Il-President qal li kien ta’ pjaċir għalih jisma’ l-interventi ta’ seba’ u għoxrin rappreżentant minn għaqdiet sportivi, reliġjuzi, socjali u kulturali li ddeskrivew ħidmiethom tul is-sena. Ħafna minn dawn l-għaqdiet għandhom funzjoni marbuta mal-knisja u l-valuri nsara, fatturi li jagħmlu parti mill-identita’ tagħna l-Maltin.
Il-President Fenech Adami faħħar l-impenn tal-Kunsill Lokali li għaraf il-funzjoni tiegħu lejn dawn l-għaqdiet mhux biss billi jagħtihom l-għajnuna meħtieġa iżda ukoll billi jġibhom lkoll flimkien. Il-President saħaq illi fi żmien fejn qed insiru iktar individwalisti, il-ħidma volontarja tan-nies tar-raħal għandha tgħin sabiex jissawwar spirtu ta’ komunita’ fir-raħal. Dan l-għan qed jintlaħaq fil-Għargħur anke permezz tat-twaqqif ta’ assoċjazzjonijiet ġodda.
Il-President qal illi l-esperjenza tal-lum kienet waħda pożittiva u rringrazzja lill-membri ta’ l-għaqdiet tal-Għargħur li attendew bi ħġarhom.
Sadanittant, il-President ta’ Malta flimkien mas-Sinjura Fenech Adami jkompli ż-żjara uffiċjali tiegħu fil-Għargħur nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2007.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en