Il-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-PORTUGALL, ANÍBAL CAVACO SILVA U MAL-PRIM MINISTRU JOSÉ SÓCRATES
PR0732
17/05/2007
Il-Prim Ministru, l-Onor. Lawrence Gonzi, illum ħalla Malta għal Lisbona fejn huwa mistenni jagħmel żjara ta’ kortesija lill-President tal-Portugall, l-Eċċellenza Tiegħu Aníbal Cavaco Silva, kif ukoll jiltaqa’ mal-Prim Ministru José Sócrates.
Il-Portugall se jkollu l-Presidenza ta’ l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Lulju ta’ din is-sena.
Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor. Michael Frendo, ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana u l-Viċi Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Leonard Callus.
Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa, 18 ta’ Mejju.
Stqarrijiet Oħra:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en