Left arrow Go Back

L-ewro għandu jkattar l-attivita’ ekonomika f’pajjiżna

PR0729
Date Icon 17/05/2007

“Bħalma l-kummerċ f’pajjiżna żdied wara s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, li wasslet biex in-nefqa tal-konsum f’pajjiżna titla’ għal madwar Lm1.3 biljun (€3.03 biljun), daqshekk ieħor huwa mistenni li l-kummerċ f’pajjiżna, wara d-dħul ta’ l-ewro, għandu jkompli jiżdied.  Iż-żieda fil-kummerċ iġġib magħha żieda fil-kompetittivita’, u għaldaqstant huwa mistenni wkoll li permezz ta’ l-ewro, il-kompetittivita’ f’pajjiżna għandha wkoll tkompli tiżdied.  Il-kummerċ f’pajjiżna jiżdied bil-veloċita’ li permezz tagħha tiżdied il-kompetittivita’ u hija ż-żieda fl-attivita’ ekonomika, jiġifieri dik kummerċjali, li kapaċi tgħin l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tissaħħaħ biex tkattar il-ġid li kapaċi noħolqu bħala pajjiż.”  Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, fil-ftuħ tal-Konferenza Annwali Ġenerali organizzata mill-Malta Association of Credit Management, li din is-sena qed tittratta “Debt Recovery Through Maltese Courts – Efficient Procedure and Efficient Enforcement?”.

“Il-bidla tal-munita Maltija għall-ewro għandha tgħin biex issaħħaħ aktar il-kompetittivita’ ta’ pajjiżna permezz ta’ aktar investiment barrani, ta’ aktar xiri ta’ prodotti minn suq intern Ewropew, u b’riżultat tat-tisħieħ tal-qasam tas-servizzi u manifattura, kif ukoll artiġjanali lokali.

“Din il-konferenza tal-lum li hija maħsuba li twassal li f’pajjiżna jkollna mentalita’ aħjar dwar il-credit management, qed nissuġġerixxi li ssir f’din id-dimensjoni tar-realta’ ekonomika ta’ pajjiżna.  Dak li ser ikun diskuss illum f’din il-konferenza, għandu jwassal biex f’pajjiżna noqorbu aktar lejn kultura ta’ cashflow management li għandha tgħin biex ikollna aktar sostenibbilita’ ekonomika.  Huwa permezz tas-suċċess fiskali ta’ kull negozju f’pajjiżna li l-ekonomija tagħna tkun waħda aktar kompetittiva u sostenibbli.

“Għalhekk, jiena nawgura li aħna lkoll, parteċipanti f’din il-konferenza, naddottaw proċeduri iżjed effiċjenti u aktar effettivi fil-metodu tagħna ta’ kif inħarsu b’dixxiplina lejn il-cashflow management tagħna, bil-ħsieb li l-credit management ikun aktar faċli.”

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo kompla biex jgħid li “s-sitwazzjoni ta’ l-immaniġjar tad-dejn f’Malta tjiebet, b’aktar soluzzjonijiet għan-negozji ż-żgħar biex jiġbru l-flus tagħhom.  Ġiet introdotta l-ittra ta’ garanzija, kif ukoll il-banek qegħdin jieħdu passi kontra ċekkijiet li ma jiġux onorati.  Iżda minkejja dawn il-passi fid-direzzjoni t-tajba, xorta waħda hemm bżonn li jsir aktar. 

Negozji żgħar qegħdin isibu diffikultajiet meta minkejja li jirbħu s-sentenza tal-qorti, u d-debitur jiġi ordnat biex iħallas, dan il-ħlas mhux dejjem qiegħed isir.  Għalhekk hemm bżonn li nkomplu ntejjbu l-proċeduri biex jinġabar id-dejn, biex b’hekk in-negozji tagħna jkunu jistgħu jaħdmu mingħajr xkiel.

“Minbarra dan, hemm bżonn li naħsbu wkoll fuq dawn il-prattiċi tajbin:

§                    Għajnuna sabiex negozji li jkunu fallew jingħataw opportunitjiet ġodda

§                    Legiżlazzjoni għandha tgħin lin-negozji sabiex jerggħu jibdew.

§                    Pariri ta’ mentors

§                    Pjani ta’ ristrutturar għal negozji li jkunu f’diffikultajiet finanzjarji

L-Onor. Vassallo qal ukoll li “is-sitwazzjoni finanzjarja f’pajjiżna nbidlet u żviluppat, u llum il-Gvern huwa biss ir-regolatur u mhux iżjed sid il-banek lokali.  Minkejja dan, hija l-intenzjoni tal-Gvern li jara li f’pajjiżna jibqa’ jiġi mtejjeb l-aċċess għall-finanzi għal min jinvesti fin-negozju.  L-aċċess għall-finanzi u l-kontroll tad-dejn imorru id f’id, u rridu naraw kif in-negozji ż-żgħar tagħna jiġu mgħejjuna biex iħaddmu l-finanzi tagħhom bl-aħjar mod, filwaqt li jiġi ffaċilitat lilhom l-aċċess għall-finanzi.

“Il-kompetizzjoni fis-suq ma teżistix biss bejn in-negozji, iżda wkoll bejn il-banek kummerċjali, li issa qegħdin jaraw kif itejjbu l-prodotti finanzjarji tagħhom biex jaqdu lin-negozji ż-żgħar aħjar.  Illum jeżistu ferm aktar servizzi bankarji minn qatt qabel, u n-negozji ż-żgħar qegħdin isibu aktar għażla biex b’hekk ikollhom l-aħjar prodott għalihom.

“Il-Gvern għandu politika ta’ appoġġ u għajnuna ċara, li tiddiskrivi l-impenn u r-responsabilita’ tiegħu favur self-employed u sidien tan-negozji żgħar.  F’pajjiżna 96% ta’ l-entitajiet kummerċjali huma negozji żgħar (micro enterprises) li jħaddmu anqas minn għaxar persuni.  Din il-politika tal-Gvern favur dan is-settur hekk mifrux fl-ekonomija ta’ pajjiżna qiegħda spjegata sew fil-Pjan ta’ Ħidma li jiġi ppubblikat mis-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed kull sena”, temm is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow