Left arrow Mur Lura

KOOPERAZZJONI FIL-QASAM TAT-TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMATIKA BEJN MALTA U TUNEŻ

PR0702
Date Icon 11/05/2007

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo li bħalissa qed jattendi laqgħha fit-Tuneżija, l-bieraħ filgħaxija kellu laqgħa ma’ Montassar Ouali, il-Ministru Tuneżin tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni li matulha tkellmu dwar kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam. 

Rapport ippubblikat fil-ġurnal Tuneżin “La Presse” qal li matul din il-laqgħa, li għaliha kienet preżenti wkoll Tanya Vella, l-Ambaxxatriċi ta’ Malta f’Tuneż, iż-żewġ Ministri ddiskutew modi kif tista’ tikber il-kooprazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, partikolarment fil-qasam tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni. 

Montassar Ouali wera interess kbir fl-iżviluppi li qed isiru f’dan il-qasam u sostna li ħidma bejn iż-żewġ pajjiżi f’dan il-qasam tista’ tikkonkretizza r-relazzjonijiet diġa’ tajba li jeżistu bejn Malta u t-Tuneżija. 

Il-Ministru Tuneżin enfasizza r-relazzjoni soda li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u esprima x-xewqa u r-rieda ta’ pajjiżu, immexxi mill-President Ben Ali, li tkun konsolidata l-ħbiberija u l-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi fl-interess taż-żewġ popli, b’mod li jkun hemm ħidma u kooperazzjoni akbar f’dan il-qasam fir-reġjun tal-Mediterran.                                                                                                    

Il-Ministru Michael Frendo esprima l-volontà ta’ Malta li tiżviluppa f’oqsma differenti, partikolarment fil-promozzjoni ta’ proġetti u investiment f’dan il-qasam u l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali fir-reġjun tal-Mediterran u mpenja ruħu li jaħdem biex tissaħħaħ il-ħidma bejn l-operaturi fil-qasam tat-teknoloġija miż-żewġ pajjiżi. 

Iż-żewġ Ministri jqisu s-settur tat-teknoloġija ta’ l-Informatika bħala wieħed mill-pilastri tal-kooperazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ pajjiżi. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow