Left arrow Mur Lura

APPOĠĠ INKORAĠĠANTI GĦAS-SEJĦA TAL-GVERN BIEX TKUN IRRANĠATA L-ĦSARA KAWŻATA MINN ATTI VANDALI FIS-SIT TAL-FORESTA 2000

PR0701
Date Icon 11/05/2007

L-appell tal-Gvern lill-pubbliku sabiex jgħin fil-kampanja għat-tħawwil mill-ġdid tas-siġar vandalizzati fis-sit ta’ Foresta 2000 fil-Mellieħa ntlaqa’ b’mod inkoraġġanti.  Il-kampanja ta’għajnuna tħabbret mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt żjara li hu għamel il-bieraħ fis-sit fejn twettqu l-atti vandali fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa u li fiha sfaw milquta mat-3,000 siġra.  

Minbarra l-għajnuna finanzjarja mħabbra l-bieraħ mill-HSBC Cares For The Environment Fund, il-Maltacom Group u mill-Ambaxxatur Taljan għal Malta llum saru wkoll numru ta’ pledges ta’ għajnuna oħra għal din il-kampanja minn entitajiet u individwi oħrajn.  Fost dawn, il-ħaddiema tal-Ministeru tal-Finanzi offrew li jagħtu donazzjoni biex jitħawlu 500 siġra.  

Kif tħabbar il-bieraħ mill-Ministru Pullicino nfetaħ kont bankarju ma’ l-HSBC li nħoloq apposta sabiex jintlaqgħu donazzjonijiet finanzjarji fih.  Il-kont jismu Foresta 2000 – Replant the trees u għandu n-numru 033 22 14 58 001.  Il-Bank of Valletta ngħaqad ukoll f’din il-kampanja u nfetaħ kont ieħor li jismu Foresta 2000 Project u għandu n-numru 10196790984.  

Il-Ministru Pullicino esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-appell għall-għajnuna ġġenera interess u qal li dan hu l-aktar eżempju ħaj u ċar li l-poplu qed juri li l-vandaliżmu mhux se jitħalla jirbaħ.  Hu fakkar li kull għajnuna hija meħtieġa u qal li l-prezz ta’ siġra waħda huwa ta’ madwar Lm6 u għalhekk anke għajnuna żgħira twassal biex konkretament tgħin dan il-għan. 

F’isem il-Gvern, il-Ministru Pullicino rringrazzja lil kulmin diġa’ ta s-sehem tiegħu u tenna l-appell lill-pubbliku biex ikompli jgħin f’din il-kampanja

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

Aktar Stqarrijiet Right arrow