Left arrow Go Back

IĊĊELEBRAT JUM L-OMM FIR-RESIDENZA GĦALL-ANZJANI SAN VINCENŻ DE PAUL

PR0699
Date Icon 11/05/2007

Is-Sinjura Mary Fenech Adami, il-Ministru tas-Saħħa l-Onor. Louis Deguara, s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità l-Onor. Helen D’Amato, flimkien ma’ membri mill-għaqda volontarja ‘Friends of St. Vincent de Paul’  ingħaqdu flimkien sabiex jiċċelebraw Jum l-Omm fost l-anzjani residenti. 

Fil-kummenti tagħha, l-Onor D’Amato wriet l-apprezzament tagħha lejn l-anzjani residenti li kkontribwew snin twal ta’ ħidma fil-familji tagħhom. Hija qalet li llum s-soċjeta Maltija lkoll tinghaqad flimkien sabiex tirringrazzjahom, tirrikonoxxi s-snin twal ta’ dedikazzjoni, ħidma u s-sagrifiċċji li huma għamlu fil-familji taghhom. Hija qalet li dawn l-anzjani kienu strumentali sabiex irawmu f’uliedhom u fi qrabathom valuri u prinċipji soda u valuri li jikkaratterizzaw lill-poplu Malti. Hija ħadet l-okkażjoni sabiex tirringrazzja wkoll lill-ommijiet li jaħdmu f’din ir-residenza. 

D’Amato kompliet  “Nixtieq nieħu din l-okkazjoni sabiex nagħmel appell lil ulied kollha biex iżuru lill-ommijiet anzjani li hawn residenti kemm f’San Vinċenz, fid-djar residenzjali kif ukoll fid-djar privati tagħhom.” Hija ħeġġet lil ulied li għandhom xi diverġenzi mal-ġenituri tagħhom sabiex jieħdu din l-opportunita’ u jagħmlu l-ewwel pass biex jegħlbu dawn id-differenzi qabel ma jkun tard wisq.”

 “Jum l-Omm inissel fija emozzjonijiet differenti. Filwaqt li nirrikonoxxu l-ferħ li jġib miegħu wild ġdid fil-familja, il-ferħ li jkun hemm meta l-familji jngħaqdu flimkien għaċ-ċelebrazzjonijiet, ma nistgħux ninsew barra n-numru kbir ta’ ommijiet li jinsabu mnikta. Nisa li tilfu lil uliedhom, nisa li jbatu minn problemi ta’ fertilita’, nisa li ma jarawx rispett minn uliedhom jew li għandhom uliedhom morda, huma kollha fi ħsibijietna f’dawn il-ġranet,” kompliet tgħid is-Sinjura D’Amato.

Il-Ministru tas-Saħħa minn naħa tiegħu wkoll irringrazzja lill-anzjani nisa residenti filwaqt li qal li “dawn l-anzjani huma biss rapprezentanza tan-numru kbir ta’ anzjani nisa li hawn imxerrda madwar Malta. Illum is-Soċjeta Maltija qegħda tirrikonoxxi d-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li dawn in-nisa għamlu biex ikabbru lil uliedhom fi żmien meta ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali ta’ ħafna familji Maltin kienu ferm diffiċli.

Il-Ministru fakkar ukoll fin-numru dejjem jikber ta’ foster mothers li jilqgħu fil-familji tagħhom tfal li jsibu ruħhom f’diffikultajiet fil-familji naturali tagħhom, kif ukoll lil tant sorijiet li taw ħajjithom għal ħajja reliġjuża u li kienu sostituti ta’ l-ommijiet naturali għal bosta tfal u anke żagħżagħ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow