Statistika li turi l-fiduĊja fis-settur agrikolu ta’ pajjiŻna
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b'sodisfazzjon l-istatistika li ġiet ippublikata llum mill-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika fuq il-ħxejjex u l-frott.
Il-Ministeru jinnota ż-żieda ta' 22% iżjed ta' produzzjoni ta' frott frisk kif ukoll iż-żieda ta' 16.2% ta' produzzjoni ta' ħaxix. Ma jistax wieħed ma jinnotax iż-żieda ta' 16.2% fil-valur tal-bejgħ meta kkomparat ma’ l-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Din l-istatistika tkompli turi kif il-kampanja li għamel il-Gvern biex jippromwovi l-prodott lokali kienet effettiva, kif ukoll li l-għajnuna finanzjarja li qed jagħti l-gvern lis-settur agrikolu, qed tħalli l-frott mixtieq.
Il-Ministeru jkompli jħeġġeġ lill-bdiewa biex ikomplu jħarsu ’l quddiem b'ottimiżmu lejn is-settur tagħhom, għax billi żdiedu wkoll l-għaqdiet tal-produtturi fis-suq agrikolu, flimkien mal-fiduċja li għandu l-konsumatur Malti għall-prodott frisk lokali, qed jiġi garantit futur għal dan is-settur Agrikolu tagħna.
Other Press Releases:
PR261964
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...
PR261963en