Left arrow Go Back

Indirizz qasir mill-Ministru Frendo lit-tfal fil-Party ta’ Jum l-Ewropa

PR0681
Date Icon 09/05/2007

F’diskors qasir li għamel lit-tfal miġbura għall-attivita’ marbuta ma’ Jum l-Ewropa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, l-Onor. Michael Frendo qal li għalkemm attivita’ bħal din issir kull sena fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa, kull sena din għandha sservi biex tħeġġiġna nkomplu naħdmu għal paċi u l-istabilita’ fil-Mediterran. 

L-Unjoni Ewropea hi għaqda ta’ 27 pajjiż li jaħdmu flimkien biex jibnu post fejn iċ-ċittadini tagħhom jistgħu jgħixu fil-paċi u l-prosperita’. 

L-Unjoni Ewropea hi fonti ta’ ġid enormi għaċ-ċittadini tagħha u aħna l-Maltin il-lum nipparteċipaw minn dan il-ġid, għalkemm hemm bżonn li kulħadd ikompli jaħdem, inkluż it-tfal u l-istudenti, biex din l-għaqda tkompli tissaħħaħ u l-ġid ikompli jitkattar. 

Il-Ministru Frendo insista li parti mix-xogħol tagħna ta’ kuljum għandu jkun li nsaħħu r-realta’ Ewropea u awgura li t-tfal u l-istudenti tagħna jipparteċipaw bil-mod tagħhom f’din il-ħimda huma wkoll.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow