Left arrow Go Back

IS-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jŻur Ħwienet f’hal qormi

PR0679
Date Icon 09/05/2007

“Il-Gvern qiegħed jaħdem biex dejjem aktar negozji jiġu mgħejjuna fl-operat tagħhom.  Aħna qegħdin niltaqgħu ma’ setturi differenti, u mil-laqgħat li jkollna qegħdin niġbru informazzjoni dwar kif nistgħu niffaċilitaw in-negozju għan-negozji ż-żgħar tagħna.”  Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo kien qiegħed jitkellem waqt żjara f’numru ta’ ħwienet f’Ħal Qormi, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa. 

Minn ħanut ewlieni li jbiegħ il-ħobża Maltija, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ħabbar li “permezz ta’ l-iSmallEnterprise Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise, ser inkunu qegħdin nibdew proċess ta’ konsultazzjoni mas-sidien tal-ifran.  L-iSmall Enterprise Directorate diġa’ qiegħed jaħdem viċin ta’ l-assoċjazzjonijiet tal-printers kif ukoll tal-mastrudaxxi.  Permezz ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, il-furnara jkunu jistgħu jiltaqħu flimkien bejniethom, ma’ l-iSmallEnterprise Directorate u mas-Segretarjat Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, li ser jgħinuhom biex jiddiskutu x’inhuma l-obbligazzjonijiet tagħhom, speċjalment għal dawk li huma direttivi ġodda.  Il-furnara ser ikollhom l-opportunita’ li jitkellmu wkoll ma’ l-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa u tal-MEPA, għal dawk li huma issues ta’ ambjent.  Fl-istess ħin, ser tkompli ssir ħidma sabiex dawn il-furnara jkunu organizzati aħjar sabiex ikunu jistgħu japplikaw għal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.” 

“Il-furnara li se jkunu msejjħa sabiex magħhom isir dan il-proċess ta’ konsultazzjoni m’humiex biss dawk il-furnara li jipproduċu l-ħobża Maltija, iżda dan il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa miftuħ għas-sidien tal-ifran kollha, li jimmanifatturaw diversi prodotti ta’ l-ikel.” 

Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll li “l-objettiv ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa li jwassal biex is-sidien ta’ negozji żgħar f’dan il-qasam ikunu aktar kompetittivi, filwaqt li jkunu mgħejjuna wkoll iwettqu l-obligazzjoni tagħhom mar-regolaturi.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow