Left arrow Go Back

stqarrija mill-Ministeru gĦall-Affarijiet Barranin

PR0676
Date Icon 09/05/2007

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jiċħad kategorikament dak li l-ġurnal ‘l-orizzont’ ikkwota li qalet il-gazzetta Franċiża “Le Figaro”, li l-President Elett ta’ Franza, Nicolas Sarkozy tkellem mal-Kap tal-Protokoll Malti dwar ir-raġuni taż-żjara tiegħu f’Malta.

Bi storja intitolata “Sarkozy f’Malta biex jikkoreġi żball oħxon”, il-ġurnal  ‘l-orizzont’ qalet fost affarijiet oħra, li l-ġurnal “Le Figaro” irrapporta li “Sarkozy qal lill-Kap tal-Protokoll f’Malta li “jien ninsab f’Malta. Qiegħed hawn biex nirranġa żball u rrid li dan isir b’mod onorabbli”.

Il-Kap tal-Protokoll f’Malta, li hu uffiċjal tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, qatt ma rċieva telefonati mingħand Nicolas Sarkozy, u wisq anqas qallu l-kliem li skond ‘l-orizzont’,  kien rappurtat fil-ġurnal ‘Le Figaro’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow