Left arrow Go Back

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali jagħmel numru ta’ żjarat relatati ma’ l-innovazzjoni u l-ekonomija tal-għerf

PR0671
Date Icon 08/05/2007

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Malti għadu kemm temm l-ewwel serje ta’ żjarat tiegħu barra l-Parlament. 

Iż-żjarat fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST), fl-ST Microelectronics u fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) huma parti ntegrali mid-diskussjoni dwar l-ekonomija tal-gћerf, ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u kellha l-iskop ewlieni li jsiru skambju ta’ ideat dwar is-suġġett.   

Id-delegazzjoni żaret l-MCAST fejn ġiet imdawwra mal-faċilitaijiet li joffri dan il-Kulleġġ.  Il-Kumitat kellu l-opportunita` li jara b’għajnejħ kif dan il-Kulleġġ qed jindirizza l-ekonomija moderna.  Fl-istess ħin il-Kulleġġ qed iħarreġ studenti sabiex jaqdi l-bżonnijiet ta’ l-industrija u l-ekonomija lokali. 

Wara, id-delegazzjoni żaret l-ST Microelectronics,  fejn iltaqgħet ma’ uħud mid-diretturi u ġie diskuss il-ħtieġa ta’ investiment kontinwu mill-industrija u l-bżonn ta’ taħriġ għall-impjegati u flessibilita` li tassigura kompetittivita` fis-suq globali. 

Fl-aħħar id-delegazzjoni tal-Kumitat  Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kellu diskussjonijiet ma’ uffiċjali għolja fil-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.  Mid-diskussjoni ħareġ il-ħtieġa tal-kreattivita` u l-innovazzjoni u l-bżonn ta’ aktar promozzjoni tax-xjenza ma’ l-istudenti u l-pubbliku inġenerali. 

Ftit tal-ġranet ilu l-Kumitat temm żjara fil-Finlandja,  li saret bil-kollaborazzjoni tal-MCST.  Fil-laqgħa ta’ llum ma’ l-uffiċjali tal-MCST, id-delegazzjoni tat rendikont tal-laqgħat li saru fil-Finlandja u esplorat il-possibilita` ta’ aktar kollaborazzjoni dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-MCST u l-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali. 

Id-delegazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali kienet immexxija miċ-Chairman tal-Kumitat, l-Onor. Clyde Puli MP u komposta mill-Onor. Karl Chircop MP u l-Onor. Frederick Azzopardi MP.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Camilleri jsostni li s-suċċess tal-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer se jitkejjel mir-riżultati li twassal

PR261964

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fin-Norveġja, il-Ministru Clint Cami...

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV  International Recognition for Servizz.gov and Centrecom

PR261963en

PRESS RELEASE BY SERVIZZ.GOV International Recognition for Servizz.gov and...

More Press Releases Right arrow